Waterpolo: Exiles champions tan-nisa

  • Set 05, 2018 00:11
  • Miktub minn iNews

    II-kampjonat tal-waterpolo femminili tas-sajf intemm, il-Ħamis 30 ta Awwissu, meta Exiles Elia Caterers rebħu lir-rivali tagħhom Sliema bl-iskor ta 10-7 ġewwa l-pitch tas-Sliema.

    Huma kienu diġà matematikament żguri mir-rebħ tal-kampjonat imma din ir-rebħa wasslet biex it-team ta’ Exiles rebaħ il-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva mingħajr ma sofra telfa.

    Għalkemm din l-istatistika tista’ tagħti mpressjoni li r-riżultat kien wieħed mistenni jew faċli, dan huwa ferm differenti minn dak li verament ġara għax it-team ta’ Exiles ta’ din is-sena kien wieħed differenti minn dak tas-sena li għaddiet b’diversi tfajliet ġodda taħt is-16-il sena jingħaqdu ma’ din l-iskwadra u jiddebuttaw din is- sena stess.

    Apparti minn hekk, Agnese Rella, player importanti li tilgħab ma’ Exiles fis-sajf imma ma’ team Taljan fix-xitwa, weġġgħet serjament f’inċident tat-traffiku jumejn qabel il-bidu tal-kampjonat tas-sajf.

    Dan minbarra li  l-oppożizzjoni issaħħet billi t-team ta’ Neptunes sfortunatament xolja u għalhekk ħafna mill-players ta’ dan it-team ingħaqdu ma’ San Ġiljan, b’Sophie Camilleri tingħaqad ma’ Sliema.

    Dawn iċ-ċirkostanzi taw x’wieħed jifhem li t-team ta’ Exiles iddgħajjef u b’hekk naqas ċ-ċans li Exiles jerġgħu jirbħu l-kampjonat.

    Madankollu, Exiles, taħt il-gwida tal-coach Gordon Zammit, użaw ix-xitwa kollha biex jitħarrġu l-players stabbiliti tagħhom filwaqt li ġew ukoll ittrenjati t-tfajliet ġodda biex b’hekk setgħu jkunu sostituti denji fil-logħob tal-kam-pjonat.

    Wieħed irid jgħid ukoll li għalkemm dan l-isport huwa ferm popolari fis-sezzjoni tal-irġiel, fil-kategorija tan-nisa għad m’hemmx sostenn biżżejjed mill-clubs biex iżid fil-popolarità.

    Exiles huwa l-uniku club li joffri taħriġ matul is-sena kollha b’mod regolari lit-tfajliet ta’ kull età u fil-fatt Exiles mhux biss għandhom senior team li rebaħ il-kampjonat, imma għandhom ukoll junior teams femminili li jistgħu jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet diversi. 

    Il-livell tat-taħriġ huwa wieħed għoli biżżejjed li jwassal biex Exiles għand­hom erba’ tfajliet - Elena Borg, Agnese Rella, Kendra Navarro u Kela Zammit -  b’esperjenza ta’ logħob fil-kampjonat Taljan u għadd ta’ players promettenti li jistgħu jersqu biex jagħmlu dan il-pass fil-futur.

    Wieħed jawgura li dan l-isport jingħata l-importanza u l-attenzjoni dovuta biex jibqa’ jikber minn sena għall-oħra billi jiż­diedu t-timijiet flimkien mas-sostenn u l-appoġġ  tal-clubs innifishom u tiżdied ukoll il-konkorrenza mit-tfajliet għall-akbar ġid tal-waterpolo lokali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook