José Mourinho jingħata żewġ sentenzi ta’ ħabs u mmultat ....

  • Set 05, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    Il-manager ta’ Manchester United, José Mourinho ngħata żewġ sentenzi ta’ sitt xhur ħabs ‘ilwaħda kif ukoll ġie mmultat €1.9 miljun mill-awtoritajiet Spanjoli minħabba evażjoni tat-taxxa.

    Mourinho ġie akkużat bi frodi tat-taxxa fl-2011 u fl-2012 meta apparentement naqas milli jħallas taxxa ta’ madwar €2.9 miljun kull sena lill-uffiċċju tat-taxxa Spanjola.

    Probabbilment, il-Portugiż mhux se jservi s-sentenza tal-ħabs, bħal dak li ġara fil-każijiet ta’ Lionel Messi u Cristiano Ronaldo minħabba li l-liġi Spanjola tgħid b’mod ċar li t-terimini tal-ħabs ta’ inqas minn sentejn għall-ewwel reat jistgħu jiġu notifkati bi probation.

    Manchester United u l-uffiċjali tal-qorti ma għamlu l-ebda kumment dwar is-sitwazzjoni

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0