Suċċess għall-ewwel edizzjoni tal-Karnival tas-sajf f’Għawdex

  • Set 04, 2018 18:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana esprimiet sodisfazzjon għas-suċċess li kiseb il-Karnival tas-sajf. Qalet li l-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti bis-sħiħ biex Għawdex ikun destinazzjoni distinta u attraenti għalhekk, il-programm ta’ attivitajiet fil-Port tal-Imġarr - l-ewwel post li jirfsu dawk li jżuru l-gżira - se jingħata l-importanza li tixraqlu u dan wara li saru diskussjonijiet mal-komunità kummerċjali tal-post. 

    Għall-Karnival tas-sajf kien hemm għaqdiet karnivaleski Għawdxin kif ukoll Maltin u b’kollox ipparteċipaw xejn inqas minn 10 karrijiet trijonfali, 6 kumpaniji taż-żfin u 3 baned lokali fost l-oħrajn.

    Il-Ministru qalet li l-Karnival ittella’ bil-ħidma tal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u bil-kollaborazzjoni sħiħa ta’ Arts Council Malta. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil dawk li taw il-kontribut tagħhom biex l-attivitajiet ikunu ta’ suċċess kif ukoll lill-pubbliku li attenda bi ħġaru u gawda dawn l-attivitajiet.

    Din l-attività ta’ suċċess hi l-bidu u għalhekk abbażi l-esperjenza li nkisbet, il-Ministeru għal Għawdex se jibni għal edizzjonijiet futuri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0