“Il-Fulu” jista’ jitlef it-tentattiv li jixhdu l-aġenti tal-FBI

  • Set 04, 2018 14:48
  • Miktub minn iNews

    Alfred Degiorgio, magħruf bħala “Il-Fulu”, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jista’ jitlef it-tentattiv tiegħu li l-aġenti tal-FBI li ħadmu f’dan il-każ, jagħtu x-xhieda tagħhom f’kawża kostituzzjonali li huwa fetaħ wara li l-Avukat tiegħu ma kienx f’pożizzjoni li jikkonferma jekk huwa kienx se jattendi għas-seduta li jmiss.

    F’Lulju, l-Avukat William Cuschieri ppreżenta rikors kostituzzjonali fejn argumenta li d-deċiżjoni li tippermetti lill-FBI jixhdu fil-każ dwar il-qtil ta’ DCG ittieħdet qabel mal-appell ta’ Degiorgio kien għalaq, u li l-mandat ta’ arresti ġew eżegwiti b’mod illegali mill-pulizija.

    Bħala parti minn dan il-każ kostituzzjonali, li qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Lorraine Schembri Orland, l-aġenti tal-FBI kellhom jixhdu permezz ta’ video-conference.

    Madankollu, f’komunikazzjoni uffiċjali mibgħuta mill-marixxall tal-Qorti, l-Imħallef Schembri Orland innotat kif Dr Cuschieri, naqas milli jikkonferma jekk huwa u Degiorgio setgħux jagħmluha għas-seduta fejn kienet se ssir il-video-conference mal-FBI.

    Minkejja l-emails li ntbagħtu f’dan ir-rigward nhar it-22 u t-23 ta’ Awwissu, flimkien ma’ imejl ieħor nhar it-28 ta’ Awwissu, ma waslet l-ebda tweġiba minn Cuschieri. Dan tal-aħħar huwa naqas milli jikkonferma jekk huwa kienx se jkun preżenti għal seduta oħra tal-Qorti relatata mal-każ kostituzzjonali, liema seduta kienet ġiet differita għal data oħra. 

    Il-Qorti - waqt li ħadet kunsiderazzjoni tal-fatt li l-video conferencing kien jinvolvi x-xhieda tal-FBI u l-fatt li hi r-responsabbilità tagħha li tiżgura li l-każijiet jitkomplew - informat lil Dr Cuschieri li l-attitudni tiegħu tista’ tqies li tammonta għal disprezz lejn il-Qorti jekk ma jagħtix spjegazzjoni xierqa għal dan.

    Il-Qorti ordnat lil Dr Cuschieri jiddikjara, fi żmien jumejn, jekk huwa għadux interessat li jisma’ x-xhieda tal-aġenti tal-FBI fil-każ, u fin-nuqqas ta’ dan, jitqies li kien qed jirrinunzja x-xhieda tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0