Żagħżugħ Finlandiż u l-ġenituri tiegħu b'sentenzi sospiżi wara li ffrodaw lil kasino onlajn ibbażat f'Malta aktar minn €132,000

  • Set 04, 2018 10:29
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ Finlandiż ingħata sentenza sospiża ta’ sena u tmien xhur ħabs wara li lbieraħ instab ħati li ffroda lil casino Malti li jopera onlajn b’aktar minn €100,000.

    Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, mill-belt Finalndiża ta’ Forssa kien għad kellu 16-il sena meta kien ħa vantaġġ minn żball fis-sistema teknoloġika użata mill-kasino biex seta’ jirreġistra b’data tat-twelid falza.

    Permezz tal-azzjonijiet frodulenti tiegħu, fuq medda ta’ xahar iż-żagħżugħ sfrutta dan l-iżball biex trasferixxa aktar min €132,000 mill-fondi tal-kasino għall-kont bankarju personali tiegħu.

    Fuq perjodu ta’ xahar, bejn April u Mejju tal-2017, iż-żagħżugħ trasferixxa lus għal 417-il darba. Kien impjegat tal-istess kasino li kien induna bil-frodi li kienu ġarrbu f’Lulju tal-istess sena.

    Iż-żagħżugħ ġie ordnat jirrestitwixxi lill-kasino s-somma li ffroda fl-intier tagħha filwaqt li kien ordnat iħallas ukoll l-ispejjeż legali tal-kumpanija li kienu jammontaw għal €3,000.

    Il-ġenituri taż-żagħżugħ ukoll instabu ħatjin għal akkużi ta’ ħasil ta’ flus li tressqu fil-konfront tagħhom. Missier iż-żagħżugħ ingħata sentenza sospiża ta’ ħames xhur priġunerija għal ħasil ta’ flus aggravat u kien ordnat jirrestitwixxi €14,500 li kien trasferixxa lill-kont bankarju tiegħu.

    Omm iż-żagħżugħ min-naħa l-oħra ingħatat sentenza sospiża ta' 60 jum ħabs u kienet ordnata tħallas lura €2,300 u mutur li l-valur tiegħu kien jeċċedi l-€5,000 u li kien inxtara bil-flus iffrodati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0