Ippreżentata aktar evidenza fil-każ dwar il-qtil ta’ DCG

  • Set 04, 2018 10:03
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif ilbieraħ kompliet tinstema’ l-kawża kontra t-tliet irġiel li jinsabu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, xehdu numru ta’ rappreżentanti tal-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ telefonija, esperti mqabbda mill-Qorti, esperti barranin kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija. 

    L-akkużati huma George Degiorgio ta’ 55 sena magħruf bħala “ċ-Ċiniż”, ħuh Alfred Degiorgio ta’ 53 sena magħruf bħala “l-Fulu” u Vincent Muscat ta’ 55 sena magħruf bħala “l-Koħħu”.

    L-espert tal-Qorti Keith Cutajar xehed dwar id-dgħajsa Maya filwaqt li ppreżenta għadd ta’ kopji ta’ evidenza ppreżentata mill-Europol aktar kmieni din is-sena. 

    Fil-Qorti ġew ippreżentati wkoll informazzjoni relatati mat-telefonati, SMS’s u data tal-akwati tal-Bidnija tas-16 ta’ Ottubru bejn is-2.30 p.m. u t-3.15 p.m. L-evidenza ġiet ippreżentata minn rappreżentanta tal-kumpanija Melita.

    Warajha xehed rappreżentant tal-GO li ppreżenta wkoll informazzjoni kif mitluba mill-esperti u l-Prosekuzzjoni. Huwa wkoll ippreżenta data maqbuda mill-antenni tal-kumpanija fl-inħawi msemmija.

    Sadanittant, iddaħħlu wkoll numru ta’ kaxxi bl-evidenza miġbura minn fuq ix-xena tar-reat. Dawn bdew jinfetħu waħda wara l-oħra, bil-proċess ħa kemmxejn fit-tul hekk kif beda jkun spjegat x’fiha kull kaxxa.

    Il-każ ikompli. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-Avukat Martin Fenech qed jidher għal Vincent Muscat. L-Avukati William Cuschieri u Martha Muscat qed jidhru għal Alfred Degiorgio filwaqt li l-Avukat Josette Sultana qed tidher għal George Degiorgio. 

    Għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia qed jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0