Żieda ta’ 10.5% fin-numru ta’ passiġġieri fl-MIA

  • Set 04, 2018 09:31
  • Miktub minn iNews

    Dan waqt li fit-toroq kien hemm total ta’ 23 inċidenti fatali 

    Skont l-aħħar statistika li nħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)  it-traffiku tal-passiġġieri fl-MIA fl-2016 żdied b'10.5% meta mqabbel mal-2015. Ir-Renju Unit u l-Italja baqgħu l-aktar żewġ destinazzjonijiet popolari f'termini ta' moviment totali tal-passiġġieri, iżda ż-żidiet fil-moviment tal-passiġġieri tul l-2015 kienu 5.4% u 15.1% rispettivament.

    Rigward trasport bil-baħar, l-NSO tgħid li fl-2016 in-numru ta’ bastimenti rreġistrati bil-bandiera Maltija żdied bi 2.7%. It-total tal-bastimenti rreġistrati ġodda li kienu jottijiet ta’ divertiment laħqu is-62%, jew aħjar it-total ta’ 486 bastimenti.

    Intant, in-numru ta’ imbarki minn Malta u żbarki f’Malta naqsu b’19.9% u 17.3% fl-2016 meta ikkumparat mas-sena tal-2015.

    Fl-2016, in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrappurtati naqas bi 3.1% meta ikkumparat mal-2015, b’38.1% ta’ dawn l-inċidenti rreġistrati fil-Port tat-Tramuntana, filwaqt li l-vittmi tat-traffiku żdiedu bi 8.2%.

    Fl-2016 kien hemm total ta’ 23 inċidenti fatali u n-numru ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati żdied b’rata medja netta ta’ 33 vettura kuljum. Ftit aktar minn 40% tad-detenturi totali tal-liċenzja tas-sewqan fl-2016 kienu nisa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0