Il-partitarji ta’ Roma jipprotestaw l-istrateġija tat-trasferimenti

  • Set 04, 2018 00:38
  • Miktub minn iNews

    Il-partitarji ta’ Roma qed jipprotestaw l-istrateġija tat-trasferimenti tal-club wara t-telfa 2-1 li sofrew kontra Milan il-ġimgħa l-oħra: “L-uniċi trofej tagħkom huma l-profitti.”

    Dan qed isir wara li l-Giallorossi kellhom bidu xokkanti għall-kampjonat meta tħabtu biex għelbu lil Torino 1-0 u rkupraw minn 3-1 għal 3-3 kontra Atalanta fit-tieni ħarġa tagħhom fl-Olimpico.

    Banner li tpoġġiet quddiem it-training grounds ta’ Trigoria b’messaġġ għall-club tgħid hekk: “Daqshekk għall-Iscudetto, daqshekk għaċ-Champions League. It-trofej tagħ­kom huma biss l-profitti u l-bejgħ.”

    It-tluq tal-Olandiż Kevin Strootman ma’ Olympique Marseille fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti ta’ Ligue 1, meta dak tas-Serie A kien diġá magħluq u ma setgħux jiksbu sostitut għalih, mela bir-rabja lill-partitarji.

    Diġá kien hemm tħassib wara li l-midfielder Belġjan, Radja Nainggolan, ġie trasferit lil Inter bil-goalkeeper Brażiljan, Alisson Becker jingħaqad ma’ Liverpool sena wara li l-attakkant Eġizzjan, Mohamed Salah, mar fl-istess direzzjoni.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook