ARA: "Saret xi ħaġa ta' kuljum, insulti, jobżqu... persuni li jirrikorru periklu waqt il-qadi ta' dmirijiethom għandu jkollhom polza ta' assigurazzjoni"

  • Set 04, 2018 07:00
  • Miktub minn iNews

    Wara li dan is-sit kiseb informazzjoni li l-Ħadd filgħaxija raġel barrani aggredixxa impjegat li xogħlu huwa li jqassam l-ikel ma’ ħanut tal-ikel f’Birkirkara, l-Ispettur u l-President tal-POU Sandro Camilleri meta kkuntatjat minn inewsmalta kkonferma li dan il-bniedem fil-fatt kien aggressiv ħafna mal-pulizija membri tagħhom.

    Inewsmalta tinsab infurmata li kien il-Ħadd filgħaxija li l-pulizija mill-għassa ta’ Birkirkara kellha tintervjeni biex twaqqaf barrani li aggredixxa impjegat b’sikkina. Il-pulizija arrestat l-aggressur li aktar tard kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li allega li hu kien indarab waqt l-istess arrest. Dan is-sit jinsab infurmat li mhux talli dan il-barrani xeħet allegazzjonijiet fil-konfront tal-pulizija, talli meta kien qiegħed jistenna fl-Isptar beda jħabbat saqajh b’ċertu saħħa bil-għan li jirriżulta li hu kien verament midrub. Fil-filmat jinstema’ kontinwament jinsulenta persuni li kienu qegħdin jippruvaw joffru servizz u aktar minn hekk jobżoq fl-art. Meta wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija għassa miegħu qallu biex ma jaġixxix b’dan il-mod, l-aggressur wieġbu “nobżoq f’wiċċek” u nfexx f’aktar provokazzjonijiet.

    "Il-membri tagħna jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' dawn it-tip ta' nies kuljum"

    Camilleri ma naqasx milli jirringrazzja lill-membri tal-POU tagħhom u faħħarhom għall-kapaċitajiet tagħhom li jżommu kalmi quddiem dawn it-tip ta’ insulti. Huwa rringrazzja wkoll lit-tobba u l-infermieri li wkoll jirrikorru ċertu periklu waqt il-ħidma tagħhom.

    L-Ispettur qal li għad baqa’ ħafna xi jsir fosthom assigurazzjoni minħabba s-sogri kbar, saħaq li għadu jisħaq dwar il-bżonn ta’ żidiet fil-pagi li jkunu jiġġustifikaw dawn l-istess riskji u bżonn tal-introduzzjoni ta’ ‘bodycams’ li jservu ta’ xhieda f’każ fejn jitpoġġa d-dubju fuq il-pulizija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0