ARA: Qanpiena f'Ħad Dingli lura minn restawr fl-Ingilterra

  • Set 03, 2018 16:19
  • Miktub minn iNews

    Waħda mill-qniepen tal-knisja ta' Ħad Dingli twaħħlet lura fil-kampnar wara li ġiet restawrata l-Ingilterra.

    Il-qanpiena nħadmet fl-1762 minn Alisio Bouchat fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta' San Ġwann.

    Tul il-karriera tiegħu Bouchat ħadem mal-40 qanpiena għal knejjes lokali fosthom it-tnejn li hemm fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann.

    Matul iż-żmien il-qanpiena nqasmet u għalkemm sar tentattiv biex tiġi rranġata fit-tarzna ta' Bormla dan ma rnexxiex.

    Il-Parroċċa ta' Ħad Dingli talbet l-għajnuna tal-kampanoloġista Kenneth Cauchi u ġie suġġerit li l-qanpiena tintbagħat għand il-kumpanija Soundweld.

    Din il-kumpanija ilha mill-1967 tispeċjalizza fir-restawrn tal-qniepen u wettqet xogħol fuq madwar 500 qanpiena fosthom il-qanpiena l-kbira fil-Katidral ta' Canterbury.

    Hija kienet diġa irrestawrat żewġ qniepen oħra f'Malta, dik ta' żewġ tunellati fil-Kon-Kattidral ta' San Ġwann u qanpiena żgħira tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt.

    Il-qanpiena ta' Ħad Dingli ġiet ritornata Malta f'Awwissu li għadda u t-Tnejn filgħodu ttellgħet lura.

    Hija ġiet imbierka mill-Arċipriet Dun Mark Mallia Pawley u ndaqqet għall-ewwel darba wara nuqqas ta' 20 sena.

    Il-ħlas għar-restawr sar bl-għajnuna tal-Fond Kawżi Ġusti mmexxi mill-Ministeru tal-Finanzi bil-Parroċċa ta' Ħad Dingli rringrazzjat ukoll lill-Ministru Ian Borg, eks-sindku tal-loka, tal-għajnuna tiegħu wkoll.

    Ritratti u filmat: ALAN SALIBA 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0