"John Zammit qatt ma kellu rwol fir-River of Love"… jgħaddi botta lill-Knisja Kattolika talli qassisin li abbużaw ġew trasferiti f'parroċċi oħra

  • Set 03, 2018 15:47
  • Miktub minn iNews
"

    Gordon Manche, li jmexxi l-għaqda reliġjuża River of Love, ċaħad li John Zammit qatt irrappreżentaha jew kellu xi rwol fiha.

    Huwa stqarr dan fuq il-profil tiegħu ta' Facebook wara li Zammit, ta' 70 sena mill-Belt, kien ikkundannat tliet snin ħabs meta fil-Qorti ammetta li abbuża sesswalment minn żewġ ġuvintur ta' 15-il sena.

    Manche qal li huwa veru li Zammit kien jattendi l-laqgħat tar-River of Love madankollu nsista li ma kienx fdat f'xi ministeru li jgħin lin-nies jew kellu xi rwol pastorali.

    Huwa sostna li meta Zammit deher fuq il-programm televiżiv “Ħabbejtek” tkellem dwar Alla u mhux dwar l-għaqda.

    Il-mexxej tar-River of Love semma wkoll kif fl-aħħar jiem u ġimgħat Zammit kien naqqas ħafna fl-attendenza u kienu ilhom ma jarawh.

    Manche irrikonoxxa li dak li għamel Zammit huwa kundannabbli quddiem Alla u waqt li esprima t-tama li kull minn qatt għamel dan id-dnub “aborrenti” jindem saħaq li min ma jindimx mhux biss imur il-Ħabs imma anke fl-abbissi tal-infern.

    “Johnny Zammit żbalja imma jekk jindem, jitlob maħfra lil Alla u lil min weġġa' dnubietu jinħafrulu”, sostna Manche waqt li fl-istess ħin iddikjara li jammira lill-anzjan tal-kuraġġ li wera meta ammetta meta ħafna nies li abbużaw mit-tfal m'għamlux dan.

    Huwa anke għadda botta lill-Knisja meta qal li “ir-reliġjon ta' Ruma miżgħuda b'dawn li suppost jissejħu mexxejja reliġjużi li abbużaw eluf kbar ta' tfal u minflok li ħadu dak li ħa Johnny Zammit ġew ittrasferiti f'parroċċi oħra bħalma xbajna nisimgħu”.

    Manche attakka wkoll lill-mezzi tax-xandir fejn qal li ħafna drabi meta tkellem ġie irrappurtat ħażin u żied li fl-esperjenza tiegħu sab ħafna nuqqas ta' integrita f'uħud minnhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0