"Xtaqt li kienet xi ċajta goffa... dawn il-protesti jistgħu jkunu ta' ħsara kbira għal persuni vulnerabbli"

  • Set 03, 2018 15:06
  • Miktub minn iNews

    B’reazzjoni għall-poster li ppubblikat l-għaqda ‘Soċjetà Maltija għal Ċivilità Nisranija’ dan is-sit tkellem ukoll l-organizzatur tal-March Pride fis-sena 2016 u 2017.

    Russell Sammut qal li meta rċieva dan il-poster ta’ din il-protesta xtaq li kienet xi ċajta goffa. Sammut saħaq li filwaqt li żgur ma jaqbilx mal-ideat ta’ dawn in-nies, bħal mal-komunità LGBTIQ għandha id-dritt tiċċelebra l-imħabba, il-ħajja u id-diversità dawn in-nies għandhom id-dritt li jagħmlu protesta bl-isem ta’ “riparazzjoni”.

    Sammut stieden lill-organizzaturi ta din il-protesta joħorġu b’wiċċhom minn ta’ quddiem biex jispjegaw l-għanijiet tal-hekk imsejħa “l-ghaqda” tagħhom, t-twemmin tagħhom, kif ukoll jispjegaw l-iskop ta din ir-“riparazjoni”. 

    Huwa kompla biex jgħid ma’ dan is-sit li minkejja l-avvanz li għamel il-pajjiż fid-drittijiet LGBTIQ, sfortunatament għad hawn min jaħseb li, li tkun LGBTIQ hija xi ħaġa ħazina, tal-mistħija jew xi dnub. Sammut wera l-preokkupazzjoni tiegħu għal dawn il-protesti li jistgħu jagħmlu ħafna ħsara speċjalment lil dawk il-persuni LGBTIQ li huma l-aktar vulnerabbli. “Fost dawn jiġuni f’moħħi żgħażagħ li għadhom qegħdin jiskopru lilhom infushom fost l-oħrajn.”

    Sammut temm jgħid li dawn il-protesti juru biċ-ċar li għad baqa’ ħafna xi jsir biex verament inkun hawn l-ugwaljanza u fl-istess waqt awgura lill-organizzaturi u parteċipanti tal-Malta Pride 2018… “J’Alla tkun ġurnata mill-isbaħ fejn flimkien niċċelebraw l-imhabba u diversità f'pajjiżna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook