L-Avukat ta’ Delia jitlob li jixhed il-Prim Ministru dwar il-kawża Egrant

  • Set 03, 2018 12:05
  • Miktub minn iNews
"

    L-Avukat Vincent Galea, li qed jidher għal Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-kawża kostituzzjonali li dan fetaħ biex ikollu f’idejh kopja tal-inkjesta Egrant, qed jitlob lill-Prim Ministru biex jixhed dwar il-komunikazzjoni li kellu mal-Avukat Ġenerali fost l-oħrajn.

    Din id-dikjarazzjoni saret hekk quddiem l-Imħallef Robert G. Mangion bdiet tinstema’ l-kawża li fetaħ l-istess kontra l-Avukat Ġenerali fejn qed jinsisti li dan jgħaddilu l-inkjesta sħiħa dwar Egrant.

    L-AĠ għażel li jippubblika l-konklużjonijiet tal-istess inkjesta biex jipproteġi l-identità kif ukoll l-informazzjoni sensittiva ta’ terzi persuni. Min-naħa tiegħu, l-Kap tal-Oppożizzjoni ħass li kien fl-interess pubbliku li dan ir-rapport kellu jiġi ppubblikat b’mod sħiħ.

    Waqt is-seduta ta’ dalgħodu, Dr Galea semma kif fl-indirizz li għamel il-Prim Ministru fit-12 ta’ Awwissu li għadda, tliet ġimgħat wara li ġew ippubblikati l-imsemmija konklużjonijiet, huwa kien qal li: “Egrant inquiry: trust signatures are not the only forgeries”.

    Dr Galea qal li l-PM bħala kap ta’ partit fil-Gvern qiegħed juża dik l-informazzjoni bħala għodda għalih u nsista li kellu jiġi esebit fil-Qorti il-proces verbal. Qal ukoll li f’din il-kawża kien qed jitlob lill-Avukat Ġenerali biex jixhed.

    L-AĠ Peter Grech irribatta billi qal li ma jistax itella’ lilu biex jixhed fuq affarijiet interni tal-AĠ u lanqas biex jeżebixxi l-proces verbal għax jekk dan jiġi eżebit “inkunu qed nitterminaw il-kawża”. 

    Huwa qal li kulma ġara sa issa kien li għaddiet kopja lil Prim Ministru u baqa’ jinsisti li f’din il-kawża li hi bla preċedent, il-proces verbal ma għandux jiġi ppubblikat. Għalhekk issottometta li l-kwistjoni hi li wieħed jitratta l-punti legali nvoluti f’din il-kawża.

    Mistoqsi mill-Imħallef Mangion jekk apparti l-AĠ kienx jixtieq isejjaħ lil ħaddieħor biex jixhed, l-Avukat Galea qal li jrid li jixhed il-Prim Ministru biex fi kliemu “nara x’irċieva mill-Avukat Ġenerali”. 

    Kien hawn li filwaqt li rrefera għall-komunikazzjonijiet interna li saret bejn l-AĠ u l-PM, huwa qal li jrid ikun jaf ukoll jekk hemmx esponenti oħra tal-Gvern li ngħataw ukoll kopja tal-inkjesta, x’talba kienet saret mill-Prim Ministru u x’kienet it-tweġiba tal-Avukat Ġenerali milll-Prim Ministru fost l-oħrajn.

    L-AĠ wieġbu billi qal li dan it-tip ta’ eżerċizzju huwa totalment bla preċedent, inutli u bla bażi legali. Qal li l-fatti tal-każ huma ċari biżżejjed kif inhi d-deċiżjoni li ttieħdet biex il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jingħata kopja tal-inkjesta Egrant. Barra minn hekk saħaq li l-istqarrijiet li ħarġu ġew eżebiti. 

    “Konna leali lejn il-Qorti u l-fatt qed nippreżentawhom kollha. Li jonqos f’din il-kawża hi l-punt legali, dwar jekk hemmx diskriminazzjoni mill-fatt li ttieħdet id-deċiżjoni kif ittieħdet,” tenna l-AĠ.

    Dr Galea saħaq li huma se jkunu qed jitpoġġew fi żvantaġġ għax il-parti l-oħra għandha l-informazzjoni f’idejha, bil-Qorti tgħid li fis-seduta li jmiss se tkun qed tisma’ l-provi. 

    Il-Qorti ddifferixxiet il-kawża għal nhar l-Erbgħa fl-10.00 a.m. biex tisma’ x-xhieda tar-rikorrent (Adrian Delia). Fl-istess waqt tat ir-rikorrent jumejn żmien biex jindika x-xhieda li qed jitlob li jressaq u indikazzjoni tal-iskop ta’ testimonjanza ta’ kull xhud. L-Avukat Ġenerali se jkun qed jingħata wkoll jumejn żmien biex jirrispondi f’dan ir-rigward.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0