Imwaqqfa 70 vettura fi Triq il-Kosta minħabba sewqan eċċessiv

  • Set 03, 2018 08:39
  • Miktub minn iNews

    F’operazzjoni mill-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku fi Triq il-Kosta f’ Baħar iċ-Ċagħaq twaqqfu iktar minn 70 vettura minħabba sewqan eċċessiv.

    Dawn il-vetturi twaqqfu fi ftit minuti tul in-nofstanhar tal-bieraħ filgħodu f’operazzjoni bl-użu tal-ispeed guns, bħala parti mill-ġlieda tal-awtoritajiet kontra s-sewqan perikoluż.

    Fost tant vetturi li ġew imwaqqfa, kien hemm saħansitra vetturi li kienu għaddejjin b’iżjed minn 120 kilometru fis-siegħa, meta ż-żona li kienu fiha kienet ta’ 50 kilometru fis-siegħa.

    Sorsi qalu li waqt din l-operazzjoni, il-Pulizija arrestat ukoll persuna li twaqqfet iżda li allegatament ma obdietx l-ordnijiet tal-Pulizija, tant li ħarbet minn fuq il-post. Madankollu l-Pulizija tal-Rapid Intervention Unit kienu kostretti jinterċettaw il-vettura f’Għajn Tuffieħa u jarrestaw ir-raġel.

    Filfatt ir-raġel għadu qed jinżamm arrestat fejn ġie nterrogat mill-Pulizija, u mistenni jitressaq il-Qorti anke jekk waqt l-interogazzjoni kkopera mal-Pulizija.

    Il-vettura inżammet mill-Pulizija għall-iżjed stħarriġ, fosthom saret tfittxija ntensiva mis-Sezzjoni tal-Klieb biex jiġi żgurat li ma kellux fil-pussess tiegħu l-ebda sustanza illegali.

    Is-sewwieqa kollha mwaqqfa minħabba l-użu ta’ sewqan eċċessiv ngħataw ċitazzjoni, wara li kien bis-saħħa ta’ dan l-apparat ġdid imsejjaħ ‘speed gun’ li bdew jiġu nterċettati saħansitra minn mitejn u ħamsin metru ‘l bogħod.

    Din l-operazzjoni ġiet imexxija mill-Ispettur Sergio Pisani, mit-Taqsima tat-Traffiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook