Il-lemin estrem jerfa’ rasu fl-Ewropa … l-akbar appoġġ u issa jħarsu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

  • Set 02, 2018 19:50
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar xhur rajna aktar gruppi tal-lemin estrem joħorġu fit-toroq jipprotestaw.  Protesti li qed jinfirxu.  Rajna grupp ta’ xejn inqas minn 200 persuna magħrufa bħala in-Neo Nazi Nordic Resistance Movement li niżlu fit-toroq tal-kapitali Svediża. Dan il-grupp se jkun qed jikkontesta ukoll l-elezzjonijiet.  Protesta li damet sitt sigħat  akkumpanjata minn preżenza qawwija ta’ Pulizija. Dan il-grupp hu kontra l-Unjoni Ewropea, kontra li l-gays jingħataw id-drittijiet u kontra l-immigrazzjoni.  

    F’Berlin ukoll xejn inqas minn 500 persuna neo nażisti immarċjaw bil-bnadar Nażisti fiċ-ċentru ta’ Berlin, xi ħaġa li għamluha biex ifakkru il-31 anniversarju mill-mewt fil-ħabs tan-Nażista Rudolf Hess. F’Berlin ma naqsux mumenti ta’ tensjoni meta grupp ieħor ta’ nies ippruvaw jikkonfrontaw lin-neo nażisti.   Fost il-kartelluni li ġarrew in-Neo Nażisti kien hemm li “ma jiddispjaċina minn xejn”. Ta’ min jgħid li l-Ġermanja għandha liġijiet iebsin ħafna kontra min juża simboli n-Nażisti bħal bandiera bl-Iswastika. 

    Kmieni matul din il-ġimgħa imbgħad rajna inkwiet fil-belt ta’ Chemnitz fil-Ġermanja, Bil-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel saħqet li sitwazzjonijiet ta’ nies jieħdu l-liġijiet f’idejhom mhux se tiġi ttollerata. Il-bidu ta’ din il-ġimgħa kienu kkaratterizzati minn protesti u dan wara l-aħbar li Ġermaniż inqatel b’daqqiet ta’ sikkina kmieni l-Ħadd filgħodu.
    Lil hinn  minn dan ftit hu magħruf barra mill-Ġermanja li jeżisti l-grupp li dejjem aktar qed jisseħħaħ imsejjaħ ‘Reichburger’ li tfisser “Ċittadini tar-Reich”. Mhux biss qed jissaħħaħ imma  l-azzjonijiet tagħhom qed isiru dejjem aktar vjolenti. L-isem ta’ dan il-grupp juri mill-ewwel il-fejn iridu jmorru - lejn in-Nażismu  tas-sena 1937. 

    Inkwetanti li hemm xejn inqas minn 1,200 ‘Reichburger’ li għandhom armi tan-nar reġistrati f’isimhom, skont il-Ministeru tal-Intern meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet fil-Parlament Ġermaniż.  Il-membru Parlamentari tal-Grupp tal-Ħodor, Irene Mihalic, iddikjarat li “l-ammont ta’ armi li għandhom f’idejhom estremisti tal-lemini, hi xi ħaġa ta’ tħassib kbir”.

    Dawn l-armi, spiċċaw ukoll intużaw fuq uffiċjali pubbliċi. Kien hemm il-każ ta’ Wolfgang P (kunjomu ma jistax jixxandar minħabba protezzjoni tad-data). Dan kien fetaħ in-nar  fuq erba’ uffiċjali u qatel wieħed minnhom. Dawn kienu għamlu rejd fid-dar tiegħu f’Georgensgmund wara li l-awtoritajiet lokali kienu iddikjara li dan id-dilettant tal-armi u membru ta’ Reichburger ma kienx tajjeb biex ikun fil-pussess ta’ armi.  F’daru sabu xejn inqas minn 30 rifle. Qabel l-isparatura Wolfgang kien għamel protesti kontra l-istat Ġermaniż. Irrinunzja il-passaport u kien iddikjara li ma riedx ikun Ġermaniż.  Hu kien anke waqaf iħallas it-taxxi fuq il-vettura tiegħu u ma kienx jaċċetta uffiċjali pubbliċi f’daru, l-istess kif  jagħmlu membri oħra tar-Reichburger.

    Dan il-grupp ma jaċċettawx ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u jemmnu li r-Reich għadu jeżisti. 

    Sentiment li qed jirrifletti appoġġ f’partiti politiċi estremisti

    Ovvjament dawn is-sentimenti estremisti qed jirrifletti ruħhom ukoll f’appoġġ għal partiti politiċi tal-lemin estrem.  Filfatt fl-aħħar elezzjonijiet li saru f’għadd ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa ħareġ b’mod ċar li l-partiti politiċi tal-lemin estrem fil-mument għandhom l-akbar appoġġ li qatt kellhom fl-aħħar 30 sena.  Filfatt meta dawn sa ftit snin ilu kellhom biss medja ta’ 10 fil-mija tal-appoġġ fl-Ewropa illum hu kkalkulat li dan l-appoġġ kiber għal xejn inqas minn 17 fil-mija.

    Jekk nieħdu l-Awstrija naraw li l-Freedom Party, li hu partit ewroxettiku u kontra l-immigrazzjoni kien resaq qrib li jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali, xi ħaġa li li kieku ġrat kienet se twassal biex fl-Unjoni Ewropea jkun hemm l-ewwel President  mill-lemin estem. 

    Fil-Ġermanja,  il-partit Alternative for Germany (AfD) hu t-tielet l-abkar partit fil-Bundestag wara l-elezzjonjiet li kienu saru f’Settembru li għadda. Din il-pożizzjoni kienet tqieset bħala terremot fil-Ġermanja.  Dan il-partit kien ġab 13 fil-mija u għandhom madwar 90 deputat. 

    Fi Franza kien hemm il-Marine Le Pens’ National Front (FN) li ġabu 34 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni presidenzjali, liema elezzjoni kienet intrebħet minn Emmanuel Macron. F’din l-elezzjoni hi irduppjat il-voti li kien ġab missierha meta fis-sena 2002 kien ġab 17.8 fil-mija.

    Fl-Olanda, il-Freedom Party (PVV) ta’ Geert Wilders, kien irnexxielu jsir it-tieni l-akbar partit fil-Parlament b’20 siġġu minn 150. 

    Fl-Ungerija, il-Movement for Better Hungary magħruf bħala Jobbik, hu partit ultra nazzjonalist u  ewroxettiku.  Dan hu t-tieni l-akbar partit.

    Fl-Italja rajna ukoll movimenti populisti jirbħu l-Gvern Taljan, waqt li fil-Greċja  il-partit neo nażisti Golden Dawn spiċċa it-tielet l-akbar partit fl-elezzjoni li saret f’Settembru tas-sena 2015. Huma kienu ġabu 7 fil-mija tal-voti u tellgħu 18-il deputat. 

    Jekk nieħdu l-Iżvezja naraw li l-iSweden Democrats Party għandu għeruq nażisti, kien ġab appoġġ tajjeb fl-elezzjoni ta’ Settembru tas-sena 2014 u filatt kien sar it-tielet l-akbar partit bi 48 deputat  minn 349 deputat.  B’kollox kienu ġabu 13 fil-mija tal-voti. 

    Fil-Bulgarija hemm il-United Patriots, koalizzjoni ta’ partit nazzjonalisti u dan kien spiċċa fil-gvern u sar it-tielet l-akbar partit. 

    Is-Slovakkja ukoll intlaqtet minn din il-mewġa  u f’Marzu tas-sena 2016, il-People’s Party Our Slovakia kien iggwadanja mill-kriżi fl-immigrazzjoni u daħal għall-ewwel darba fil-Parlament b’14 il-deputat minn 150. 

    Sitwazzjoni pjuttost inkwetanti qed tiżviluppa fil-Polonja. Fl-aħħar snin il-Jum tal-Indipendenza tal-Polonja sar  ikun organizzat minn tlett gruppi tal-lemin estrem, fejn dak tas-sena l-oħra ġie deskritt bħala l-akbar avveniment tal-lemin estrem fid-dinja. Hu stmat li attendew 60,000 persuna minn madwar l-Ewropa u dan meta għaxar snin qabel kienu attendew biss madwar 500 persuna. Attività li fiha spikkaw kartelluni b’mibegħda.  Beda jsir anke festival tal-mużika għan-neo nażisti u dan kien isir biex jiċċelebraw it-twelid ta’ Adolf Hitler. 

    U jekk hemm xi dubju ta’ fejn jixtiequ jaslu dawn il-gruppi estremisti,  biżżejjed tara x’qal il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban.  Hu ddikjara li s-sena d-dieħla l-elezzjonijiet għal Parlament Ewropew għandhom ikunu l-mument fejn in-nazzjonaliżmu lemini jirbaħ fuq il-liberali u jittrasforma mill-ġdid lill-Ewropa. 

    X’se jiġri wieħed għad irid jara, imma llum hu aktar ċar minn qatt qabel li dak li forsi sa ftit snin ilu konna naħsbu li kien xi ħaġa tal-passat illum mhux biss qed narawh jerfa’ rasu imma qed naraw ukoll jimmanifesta ruħu fit-toroq bl-appoġġ jiżdied fuq is-snin ta’ qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook