Il-Papa mitlub iħassar is-Sinodu taż-Żgħażagħ … Ir-riperkussjonijiet tal-iskandlu tal-abbużi sesswali

  • Set 02, 2018 17:43
  • Miktub minn iNews

    L-Arċisqof ta’ Filadelfja talab lill-Papa Franġisku biex iħassar konferenza tal-isqfijiet bit-tema taż-żgħażagħ wara l-iskandlu tal-abbużi sesswali fuq tfal li laqat lill-Knisja.

    Kelliemi għall-Arċidjoeċsi kkonferma li l-Arċisqof Charles Chaput għamel din is-sejħa permezz ta’ ittra, madankollu naqas milli jikkummenta aktar dwar din il-kwistjoni.

    Is-Sinodu taż-Żgħażagħ, li se jkun qed jinkludi isqfijiet minn madwar id-dinja kollha, ilu ppjanat għal dawn l-aħħar sentejn, u s-sit dedikat għalih jgħid li se jkun iffokat fuq “iż-żgħażagħ, il-fidi u l-vokazzjoni”.

    Jidher li Chaput talab li s-sinodu jinbidel u jkun iffokat fuq il-ħajja tal-siqfijiet.

    Rapport li kien ippubblikat ix-xahar li għadda kixef li aktar minn 300 qassis Kattoliku kienu abbużaw minn mill-inqas elf tifel u tifla matul dawn l-aħħar 70 sena f’sitt djoċesi differenti f’Pennsylvania. Ir-rapport wera wkoll li figuri għoljin fil-Knisja ħadmu sistematikament biex jgħattu dawn l-abbużi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0