Twissija li l-produzzjoni Ewropea tal-ħaxix u frott ġiet affettwata

  • Set 02, 2018 16:47
  • Miktub minn iNews
"

    L-Assoċjazzjoni Ewropea għal Frott u l-Proċessur tal-Ħaxix (PROFEL), wissew li din in-nixfa se toħloq problemi sostanzjali fis-settur tal-frott u l-ħaxix. Hu ddeskrivew din in-nixfa bħala l-agħar nixfa fl-aħħar 40 sena. 

    L-assoċjazzjoni ddikjarat li “b’dan it-temp sħun u nuqqas ta’ xita, ħafna partijiet mill-kontinent  kellha tnaqqis kbir fil-produzzjoni ta’ ħaxix u frott.  Illum is-sitwazzjoni għal dawk li jkabbru l-ħaxix hi waħda mill-aktar serja.”  Hi qalet ukoll li  is-settur tal-ħaxix iffriżat u ppakkjat kien l-aktar affettwat,  

    PROFEL qalet li is-sena 2018 hi t-tielet sena konsekuttiva fejn dan is-settur qed  jaffaċċja problema kbar minħabba nuqqas ta’ xita. Spjegat li kien hemm prodotti li esperjenzaw tnaqqis kbir fil-produzzjoni ta’ bejn 20 u 50 fil-mija.

    Spjegat li minħabba n-nixfa f’reġjuni fin-nofsinhar tal-Ewropa ma kienx possibbli li jitħawwlu prodotti ġodda. 

    Robert Halver, Kap tad-Dipartiment tal-Analiżi tas-Swieq ta’ Baader Bank, qal li “minħabba n-nixfa l-produzzjoni qed tiġi affettwata.   Dan ifisser li se qed ikun hem spejjeż għola biex ikunu prodotti ċertu prodotti u se nesperjenzaw żidied il-prezzijiet”.

    Diversi esperti qed jistmaw li din in-nixfa se tikkawża danni ta’ biljuni ta’ dollari. 

    Għalkemm it-tort qed jintefa’ fuq in-nixfa li bdiet f’Mejju, qed jissemma’ kif fil-Ħarifa li għaddiet kien hemm problema kbar minħabba ħafna xirta li għamlet u minħabba dan il-bdiewa ma setgħux jiżirgħu iċ-ċereali.  Li ġara wara kien li ix-xitwa waslet tard b’temperaturi baxxi ħafna u din ippersistiet sa Marzu.  Wara seħħet in-nixfa u l-qamħ kellu jinqata’ madwar tlett ġimgħat qabel.

    Il-Ġermanja qed tirrapporta li l-produzzjoni tal-qamħ se tkun 10 fil-mija inqas mill-medja. F’pajjiżi bħal Iżveżja, il-Polonja, partijiet mir-Russja u anke fl-Ukrajna, qed jistmaw li l-produzzjoni se tkun bejn 15 u 50 fil-mija inqas. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0