AĠĠORNAT: “Ħadd m'għandu jinqeda bil-Madonna biex jgħajjar lil ta' kontra!” … Banner iqanqal kundanna minn bosta … Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu b'kundanna

  • Set 02, 2018 15:44
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: Intant fi stqarrija l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu, Balluta, wera d-dispjaċir tiegħu għall-banners li twaħħlu f’dawn l-aħħar ġranet u li kienu offensvi. Il-Kumitat saħaq li ma jiġġustifika l-ebda għemil offensiv jew insolenti ġej mingħand min ġej.

    Fl-istess waqt il-Kumitat qal li filwaqt li bl-akbar responsabilitaà u b’maturità jikkundanaw dan l-aġir, huma jistennew ukoll li ħaddieħor jagħmel l-istess u fuq kollox ma jibqax jinsolenta l-istatwa tal-Patruna tal-Parroċċa tagħhom bi kliem mhux xieraq u aġġetivi deplorevoli. “Aġir irresponsabli ma jiġġustifikax aġir ieħor tal-istess portata.”

    L-istqarrija żiedet tgħid li kliem bħal dan ilu sejjer għal snin sħaħ u sfortunatament wassal għal reazzjoni li mhux xierqa u wisq inqas mixtieqa. Filwaqt li qal li jiddispjaċih għal din is-sitwazzjoni il-Kumiatt appella wkoll biex fil-festi jinżam l-ispirtu Nisrani ta’ mħabba li hu l-iskop prinċipali tagħhom.

    Il-Kumitat stieden lil kull parti biex tirrifleti fuq għemilha.

    Appella wkoll biex marċi, tqabbil u kull xorta ta’ azzjoni oħra li jirreferu b’mod dispreġjattiv għal qaddisin għandhom jitneħħew kompletament mill-festi.

    Il-Kumitat għamel referenza wkoll għal banner (anness mal-artiklu) li kien ittella' fil-konfront tagħhom.

    L-istqarrija temmet tgħid li għandu jkun ikkunsidrat ukoll li l-partijiet jiltaqgħu u flimkien jistabillixu l-linji gwida għal quddiem u dan dejjem fil-parametri tal-regolament tal-Kurja dwar il-festi.

    AKTAR QABEL: “Dan żgur mhux kliem xieraq li jintqal li vara hija l-ikreh waħda f'Malta. Aktar u aktar meta ninqdew bil-Madonna biex ngħajru lil ta' kontra!” Hekk qalilna qarrej li ġibdilna l-attenzjoni għal banner f'Tas-Sliema li spiċċa biex ġab il-kundanna ta' bosta dilettanti tal-festi.

    Il-banner, li ddendel fi Triq Santa Liena f'Tas-Sliema, juri r-rivalità tal-festa fil-lokalità. Madankollu li qanqal il-kundanna ta' bosta kienet ix-xbieha tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fuq il-banner intiż biex jgħajjar lil tal-festa ta' San Girgor.

    Intant fuq il-midja soċjali kienu bosta dawk li talbu li l-banner jitneħħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0