Iktar arresti b’konnessjoni mal-ġlieda bis-skieken f’Ħal Tarxien

  • Set 02, 2018 14:58
  • Miktub minn iNews

    Wara l-arrest ta’ Sales Zedan, żewġ żgħażagħ Sirjani oħra jitressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ vandaliżmu, theddid u li kkaġunaw ġrieħi ħfief…

    Tul il-ġurnata tas-Sibt, żewġ Sirjani ta’ 22 sena u 20 rispettivament, tressqu il-korti, b’konnessjoni mal-ġlieda bis-skieken li seħħet f’Ħal Tarxien, u ftit siegħat wara ġewwa l-Marsa fid-29 ta’ Awwissu. Dawn iż-żewġ sirjani kienu t-tieni u t-tielet persuni li tressqu fuq dan il-każ, wara li tlett ijiem ilu, tressaq quddiem il-Qorti wkoll Saleh Zedan ta’ 26 sena. 

    Iż-żewġ Sirjani kienu akkużati li kkommettew serq aggravat minn residenza fil-Ħamrun, li kkaġunaw feriti ħfief, b’armi li jaqtaw u bil-ponta, u li qiegħdu l-ħajja ta’ terzi persuni fil-periklu. Il-pulizija tennew li ż-żewġt irġiel ħebbew għal numru ta’ persuni biex jagħmlulhom il-ħsara, li żammew arma mingħajr il-permess tal-Kummissarju jew mhix liċenzjata, li għamlu ħsara volontarja fuq propjetà ta’ terzi persuni, u li kisru l-paċi pubblika waqt li ħebbew għal numru ta’ persuni oħra.

    Il-każ seħħ fid-29 t’Awwissu li għadda, meta l-Pulizija tal-Għassa tal-Ħamrun kienet mgħarfa fuq ġlieda li kienet qegħda sseħħ ġewwa Triq Isouard, il-Marsa. Meta uffiċjali mir-Rapid Intervention Unit, kif ukoll membri mill-pulizija tad-distrett, marru fuq il-post, sabu bieb ta’ residenza privata żgassata. Dan l-iżgass seħħ wara li grupp ta’ Sirjani daħlu għal grupp ieħor ġewwa dan il-bini, fejn waqt il-ġlieda ntużaw kemm skieken kif ukoll oġġetti tal-ħadid.

    Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lil żewġ Sirjani ġewwa l-Isptar Mater Dei, għal iktar kura medika, fosthom ta’ Naser Abdullah ta’ 23 sena, u Sirjan ieħor ta’ 31 sena residenti ġewwa l-Ħamrun. Iż-żewġt irġiel sofrew xi ġrieħi kawża ta’ dan l-argument.

    Il-Maġistrat Josette Demicoli qegħda tippresedi fuq dan il-każ. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0