Pajjiżi Ewropej milqutin minn nixfiet kbar … ir-raħħala affettwati ħażin

  • Set 02, 2018 14:33
  • Miktub minn iNews

    In-nixfa li laqtet għadd ta’ pajjiżi Ewropej  b’mod partikolari dawk fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa wasslet biex il-prezz tat-tiben għola bil-kbir.  Dan qed jaffettwa bil-kbir il-bdiewa Ewropej, liema bdiewa qed jispiċċaw ikollhom jonfqu aktar flus biex jixtru t-tiben minħabba li l-artijiet li fihom  kienu joħorġu l-bhejjem biex jirgħu intlaqtu minn nixfa. 

    Bdiewa Ingliżi qed isostnu li tiben li normalment kien jinxtara għal prezz €39 kull tunnellata issa għoliet għal xejn inqas minn  €111.  Din tfisser spiża żejda ta’ €7,800 kull tlett xhur. Minbarra dan l-istess produtturi qed jgħidu li se jkunu qed jesperjenza tnaqqis fil-produzzjoni tal-laħam.

    Peter Levsen li hu l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Agrikoltura f’Schleswig-Holstein, iddikjara li “għandna nuqqas kbir ta’ tiben.  Hemm reġjuni fejn it-tiben sar għoli aktar mill-qamħ”. Hu nnota li hemm żoni fejn il-prezz tat-tiben għola bid-doppju. 

    Divesi analisti qed jargumentaw li din is-sitwazzjoni se twassal għal żidiet fil-prezzijiet ta’ diversi prodotti tal-ikel.  John Lancaster minn INTL FCStone, qal li r-raħħala tal-ħalib se jżomm l-prezz stabbli imma jista’ jkun li hemm żidiet fil-butir u  l-ġobon. 

    Fl-Isvezja is-sitwazzjoni hi waħda diffiċli ukoll fejn Kristina Gustafsoon li hi direttur fil-koperattiva Lantmannen qalet li “hemm partijiet fl-Iżvezja fejn ilha ma tagħmel xita għal xejn inqas minn 90 ġurnata. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0