“Kien ipitter lit-tfal reqdin ma’ rġiel f’pożizzjonijiet kompromettenti”

  • Set 02, 2018 12:47
  • Miktub minn iNews

    Akkużat ukoll li kkorrompa lil tifel ta’ 13-il sena li kien fil-kustodja tiegħu…

    Michael Charles Muscat, raġel ta’ 74 sena minn Birżebbuġa, tressaq il-Qorti l-bieraħ b’urġenza, akkużat li huwa kien ikkorrompa u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minuri ta’ 13-il sena waqt li kien fil-kustodja tiegħu, waqt li pproduċa materjal indeċenti ta’ persuni ta’ taħt l-età.

    L-akkużat kien ukoll reċidiv, hekk kif kien diġà misjub ħati ta’ akkużi simili numru ta’ snin ilu.

    Il-Pulizija tennew kif l-istess Muscat, waqt li kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ sitt snin ħabs, kien tgħallem ipitter. Sfortunatament, dan id-delizzju ġdid intuża b’mod illeċitu, hekk kif Muscat allegatament kien qiegħed ipitter lit-tfal reqdin ma’ rġiel f’pożizzjonijiet korrompenti. 

    Muscat kien akkużat ukoll li kien ħallas lil minuri oħrajn biex iwettqu atti sesswali.

    Filwaqt li l-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti ma tatx is-sentenza, minħabba li preżentament kien għad hemm inkjesta maġisterjali relatata ma’ dawn akkużi, li waqt li kienet tinstab fl-aħħar stadju tagħha, ma kinitx għadha konkluża.

    Kien għalhekk li l-każ kien differit għall-kontinwazzjoni, bis-sentenza finali possibbilment tingħata nhar it-13 ta’ Settembru. Intant, l-akkużat baqar taħt l-arrest.

    L-Ispetturi Joseph Busuttil, Paula Ciantar u Roxanne Tabone mexxew il-prosekuzzjoni, filwaqt li Dr Simon Micallef Stafrace kien l-avukat tal-għajnuna legali għal Muscat. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mexxiet il-prosekuzzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook