[ARA] “Dan Gvern li jżomm kelmtu” … Il-PM iħabbar ukoll bidliet fis-settur tal-iskart

  • Set 02, 2018 11:25
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, emfasizza kif il-gvern qed iżomm kelmtu mal-poplu. F’kollegament fuq ONE Radio rrefera għaċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa li bdew jaslu fi djar il-familji Maltin f’dawn il-jiem.

    “Din kienet waħda mill-proposti li għamilna fi żmien il-kampanja elettorali li għaddiet,” qal il-Prim Ministru li tenna kif fuq medda ta’ ħames snin se tkun qed tingħata din ir-rifjużjoni tat-taxxa. 

    “Għalija importanti ħafna l-mod kif ġiet strutturata,” qal il-Prim Ministru li nnota kif b’din ir-rifużjoni gawdew l-iktar dawk li għandhom l-inqas dħul.

    “Jien kburi ħafna għax din hi miżura ta’ ġustizzja soċjali li se jgawdu minnha 200,000 persuna li bejniethom din is-sena biss se jaqsmu ‘l fuq minn ħdax –il miljun ewro. Dan minbarra miżuri oħra. Per eżempju l-pensjonanti mhux qed jibqgħu iħallsu l-income tax fuq il-pensjonijiet sa’ €13,200... xi ħaġa li qed tinħass l-ewwel darba din is-sena. Intbagħtu ċekkijiet fuq kwistjonijiet tal-korpi u l-overtime tal-pulizija. Żidna setturi importanti bħal l-għalliem u l-ħaddiema fis-servizz pubbliku, li għalaqna ftehim kollettiv magħhom għas-seba’ snin li ġejjin. Dan jikkontribwixxi għall-fatt li l-ekonomija qiegħda taħdem,” qal il-Prim Ministru li nnota kif dan hu eżempju kif is-suprlus li reġa’ rreġistra pajjiżna qed imur għand in-nies.

    “Fl-istess ħin il-persuni fuq benefiċċji soċjali naqqasnihom bi 43%,” spjega Joseph Muscat li fisser kif dawn huma nies li qegħdin f’attivita produttiva u li jħallsu t-taxxa u għalhekk irċevew ukoll ir-rifużjoni.

    “Mhux ta’ b’xejn il-fama li għandu dan il-gvern. Li filwaqt li ħaddieħor jibgħat il-kontijiet, tagħna jibgħat iċ-ċekkijiet,” qal Joseph Muscat li tenna li l-ġid irid jibqa’ jitqassam bejn kulħadd. 

    Kulħadd irid josserva l-liġi

    Meta tkellem dwar l-immigrazzjoni l-Prim Ministru qal kif din hija sitwazzjoni li dejjem tiżviluppa u rrefera għall-ġlied kbir li hemm fil-Libja, partikolarment fi Tripli. Qal li l-gvern qed iħares lejn is-sitwazzjoni fil-Libja b’mod mill-viċin.

    “Hemm kriżijiet li qed iseħħu l-ħin kollu. Matul il-ġurnata tal-bieraħ stess kien hemm każi ta’ nies li kienu qed jitilqu mil-Libja, ġew immaniġjati u ma daħlux Malta. Ġew ikkordinati permezz tal-coast guard Libjana u l-forzi Taljani, b’superviżjoni fuq forzi Ewropej. Aħna nagħtu l-għajnuna tagħna skont il-bżonn. L-affarijiet ikunu qed jiżviluppaw b’mod attiv ħafna,” qal Joseph Muscat.

    Fakkar kif din il-ġimgħa baqgħu jitilqu persuni li kienu fuq il-bastiment l-MV Lifeline u lejn l-Aquarius. “Irnexxielna nikkonvinċu pajjiżi biex jieħdu persuni lejn pajjiżi oħra,” qal il-Prim Ministru li esprima l-apprezzament tiegħu għall-forzi tal-ordni.

    Il-Prim Ministru tkellem dwar id-diżappunt li esprimew miegħu nies mill-Marsa u l-madwar minħabba nuqqas ta’ dixxiplina f’postijiet mifutħa f’dan il-lokal. “Ittieħdet azzjoni mill-ewwel. Kien hemm żieda fil-preżenza tal-pulizija fil-Marsa u l-akwati li ħalliet riżultati,” qal Joseph Muscat li rrefera għall-fatt li xorta kien hemm każi ta’ ġlied u qal li dawn “mhumiex aċċettabbli.”

    “Jien inkun irrabjat irrispettivament jekk humiex Maltin jew barranin. Tlabt lill-forzi tal-ordni u l-forzi tas-sigurtà biex jieħdu l-miżuri kollha neċċesarji biex juru li affarijiet bħal dawn ma jistgħux iseħħu, jiddentifikaw min huma dawn il-persuni u jiġu arrestati u jitressqu l-Qorti malajar kemm jista’ jkun,” qal il-Prim Ministru li tenna li jrid jingħata sinja b’saħħtu.

    “Irid jingħata sinjal b’saħħtu ħafna li rridu li kulħadd isegwi l-liġi. M’għandniex problema nirrispettaw id-dinjità umana... imma nippretendu wkoll li kulħadd ikun rispettuż tal-mod kif jgħixu l-Maltin u l-Għawdxin,” żied il-Prim Ministru li tenna li l-ġustizzja trid issir malajr kemm jista’ jkun. 

    Bidliet fis-settur tal-iskart

    Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-settur tal-iskart fejn beda biex irringrazzja l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u tal-Wasteserv għax-xogħol fil-Magħtab tul il-jum tal-Ġimgħa meta kien hemm l-inċident tan-nirien.

    Innota kif kien sorpriż bil-fatt li l-Oppożizzjoni trid tippolitiċizza kollox u fakkar kif meta ntalbu jidħlu mal-gvern f’kumitat dwar dawn il-kwistjonijiet kienu għażlu li ma jipparteċipawx.

    “U issa jipprovaw jippolitiċizzaw xi ħaġa bħal din,” qal Muscat li esprima ruħu sorpriż bil-mod partiġjan kif l-oppożizzjoni rreaġixxiet għal dan l-inċident.

    Irrefera wkoll għal inizjattivi importanti marbuta mas-settur tal-immaniġjar tal-iskart

    “Ftit tal-jiem qabel ġie mħabbar kif hemm inizjattiva kbira biex f’kull dar f’pajjiżna jkollha kontenitur biex dak li jkun jaqsam l-iskart fid-dar tiegħu b’mod aħjar. Biex meta jinġabar wieħed ikun jista’ jisseparah b’mod li jħalli ferm iktar riżultati,” qal Joseph Muscat.

    “Dan barra l-proġett ieħor kbir... l-iskema li permezz tagħha l-fliexken tal-plastik ikunu rritornati f’magni u l-magna tati l-flus lura,” spjega l-Prim Ministru li ddeskriva dan il-proġett bħala importanti biex jonqos l-iskart tal-plastik f’pajjiżna.

    “B’dan il-mod qed inkomplu nuru kif jitmexxa tajjeb qasam delikat bħal dan,” temm il-Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0