“Ftehim tard għandu konsegwenzi” … Aaron Farrugia dwar it-theddida tal-Italja li ma tgħaddix l-€20b. pagament fis-sena lill-UE

  • Set 02, 2018 10:08
  • Miktub minn iNews

    Id-diskussjonijiet dwar il-baġit Ewropew li se jkun qed ikopri is-snin 2021 sa 2027, qed ikomplu jikkomplikaw ruħhom u jsiru aktar diffiċli. Dan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan, Luigi Di Maio, iddikjara li l-Italja lesta li ma tgħaddix l-€20 biljun pagament fis-sena li hi tagħti lill-Unjoni Ewropea. Hu qal dan b’rabta ma’ kwistjoni fuq grupp ta’ immigranti li kienu abbord il-bastimenti Diciotti.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia qalilna li “hu importanti ħafna li n-negozjati dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għal wara s-sena 2020 jiġu konklużi fil-ħin. Diġa hemm diffikultajiet kbar biex nagħlqu qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena d-dieħla. Hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-pajjiżi membri dwar kemm għandu jkun il-baġit totali, hemm differenzi bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar liema għandhom ikunu l-prijoritajiet. Dan kollu jagħmel il-proċess kumplikat u diffiċli. Il-konsegwenzi ta’ ftehim tard ikunu li l-pajjiżi membri ikunu f’pożizzjoni li jagħmlu użu mill-fondi madwar sena wara mid-data oriġinali.”

    Hu jiddikjara li “ovvjament il-kummenti tal-Gvern Taljan mhumiex pożittivi u dan ghax hemm theddid li ma jgħaddux il-flus taghhom u dan minħabba kwistjonijiet varji fosthom il kollass tal-pont f’Ġenova, bil-Gvern Taljan jipponta subgħajh lejn il-Kummissjoni Ewropea u il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

    Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qalilna li “l-ewwel nett kull pajjiż  hu obbligat li jgħaddi l-flus tiegħu fil-ħin u dan hekk kif maqbul fit-trattati. Il-Kummissjoni Ewropea dan diġa irrimarkatu u qalet li lestha iddaħħal sanzjonijiet fuq il-Gvern Taljan jekk jimxi f’din id-direzzjoni. Innutajt ukoll informazzjoni u numri żbaljati li ssemmghu fil-media dwar x kontribut finanzjarju taghti l-Italja lill-Unjoni Ewropea. Din l-informazzjoni żbaljata li l-poplu Taljan jirċievi hi inkwetanti għax hi simili għall-informazzjoni li l-poplu Brittaniku kien jirċievi fid-diskussjonijiet ta” Brexit”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook