"Hostels għaż-żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw f’Malta"

  • Set 01, 2018 20:36
  • Miktub minn iNews

    Id-Djoċesi t’Għawdex għadha kif imbarkat fuq proġett soċjali li minnu se jgawdu l-istudenti Għawdxin li qegħdin Malta u li għandhom problema biex ilaħħqu mal-ħlas tal-kirjiet li qed jintalbu. Permezz ta’ dan il-proġett soċjali se jitwaqqfu żewġ hostels f’Malta.

    L-Isqof Mario Grech f’ċirkolari li qed tinqara’ llum jgħid li “għandna biex nifirħu meta naraw għadd ġmielu minn uliedna li qegħdin ikomplu jfittxu l-edukazzjoni terzjarja fl-istituzzjonijiet akkademiċi ta’ pajjiżna, fosthom fl-università.  Naturalment, għall-familji Għawdxin dan joħloq diversi għamliet ta’ tbatija, bħalma hija n-nefqa li jridu jagħmlu biex jipprovdu lil uliedhom fejn joqogħdu. Ħafna drabi, dawn iħallsu prezzijiet għolja, anke meta l-kundizzjonijiet ta’ fejn joqogħdu l-istudenti ma jkunux mill-aktar dinjitużi. Barra minn hekk, naf b’każijiet fejn studenti kellhom jabbandunaw il-ħolma li jkomplu jistudjaw għax il-ġenituri tagħhom ma setgħux iġorru l-piż tal-kera, li sfortunatament qiegħda dejjem togħla.”

    Jgħid li bil-koperazzjoni ġeneruża tal-Patrijiet Agostinjani u tas-Sorijiet tas-Saint Joseph, li poġġew għad-dispożizzjoni tad-djoċesi żewġ djar f’Malta biex jintużaw bħala akkomodazzjoni: waħda fi Gwardamanġa, li se tkun għall-ġuvintur, u l-oħra għax-xebbiet li tinsab il-Gżira. Id-djoċesi tagħna investiet somma flus mhux ħażin biex irranġajna dawn iż-żewġ hostels.

    Tenna li “għalhekk, dawk il-familji li jixtiequ jużaw dan is-servizz huma mitluba jiktbu ittra lis-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi, fil-Kurja. It-talbiet kollha jitressqu quddiem bord maħtur apposta, li jagħmel valutazzjoni tat-talbiet. Jista’ japplika kulħadd, imma tingħata preferenza lil dawk il-każijiet fejn jirriżulta li jeħtieġu l-għajnuna. Peress li dan huwa proġett issussidjat mid-Djoċesi u miż-żewġ Ordnijiet Reliġjużi li semmejt, l-Amministrazzjoni tal-Kurja qed titlob ħlas nominali”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0