"Niftaħar, mhux b'rixi jew b'dak li ktibt, iżda bil-lingwa Maltija u l-ġwienaħ felħana tagħha"

  • Set 01, 2018 19:31
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar ħin Walid Nabhan qasam esperjenza partikolari mas-segwaċi tiegħu fuq facebook u qal li proprju llum rċieva stedina mżewqa mill-Ġappun biex imur jaqra siltiet mill-‘Eżodu taċ-Ċikonji’ waqt il-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb f’Tokyo, u li qed jitħajru jistampawh bil-lingwa tagħhom.

    Nabhan kompla biex jisġjega li dan ir-rakkont kitbu bl-ilsien Malti u ma kellu xejn f’rasu ħlief li jiżvoga ftit man-nies li laqgħuh f’darhom u qasmu l-ħobża ta’ wliedhom miegħu u li għalhekk għażel li jkellimhom bil-Malti li tgħallmu mingħandhom stess mingħajr ma qatt kellu f’rasu Ġappuniżi. Huwa jkompli biex jisħaq dwar ir-rikkezza tal-lingwa tagħna bil-kliem “imbagħad issib lil min jgħidlek li l-lingwa Maltija fqira u ma twassalx! Jew li m’għandhiex il-metamorfosi artistka li ġġiegħlek toħloq li trid!”

    Huwa jkompli biex jgħid li għalkemm forsi jidher li qiegħed jiftaħar huwa fil-verità jħossu li qiegħed jagħmel dan, mhux b’rixu jew b’dak li kiteb, iżda bil-lingwa Maltija u l-ġwienaħ felħana tagħha. Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lil kull konsonanti u vokali f’din il-lingwa tant għal qalbu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0