Sejħa biex id-Dwejra tiġi protetta

  • Set 01, 2018 14:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Partit Demokratiku qed jagħmel sejħa biex id-Dwejra, ġawhra ta’ pajjiżna, tiġi protetta. Il-PD jgħid li dan l-aħħar saru jafu li l-uniku applikant għas-sejħa għal Heritage Park, li ilha għaddejja mill-1 ta’ Settembru, 2017, biħsiebu jibni lukanda fuq is-sit.

    Il-PD qal li “imorru ‘l fuq minn 750,000 viżitaturi d-Dwejra fis-sena. Rajna s-sit abbużat, tant hu hekk, li meta ppjanaw li jibnu ċentru tal-viżitaturi, spiċċajna b’restorant minflok, u Nature Trust irtiraw mill-bord ta’ tmexxija, li wara dan il-bord miet fuq ommu.”

    “Irridu niftakru li fl-2010, l-Oppożizzjoni PL, kienet għamlet sew meta kienet ikkundannat lill-MEPA talli ħallew ramel sintetiku jitpoġġa għal filming ta’ episodju ta’ Game of Thrones. Issa, il-Partit Demokratiku ma jistenniex lill-amministrazzjoni Laburista tbiddel fehemtha dwar l-ambjent prezzjuż tas-sit,” żied jgħid il-Partit Demokratiku.

    Il-PD żied jgħid li dan is-sit huwa wkoll post fejn iċ-ċiefa tbid l-unika bajda bejn Marzu u Novembru. Iċ-ċief, bħall-ħamiem, jgħammar għal għomru mal-istess sieħeb. Kull attività żejda se tipperikola serjament l-eżistenza tagħhom minħabba li huma sensittivi ħafna għat-tniġġis ta’ dawl artifiċjali.

    Il-Partit Demokratiku jgħid li mhux se jkun ingannat bil-fatt li dak li qed jiġi ppjanat hija attwalment intrapriża kummerċjali li l-ambjent, l-ekologija, u sostenibbiltà tal-post se jħallsu prezz għoli wisq għalih. Il-Partit Demokratiku qed isejjaħ għal bord tal-immaniġġjar b’saħħtu, li jaħdem b’mod etiku, u bl-interessi ambjentali bħala prioritajiet ewlenin. Kwalunkwe sforz biex tiġi kkumerċjalizzata d-Dwejra b’mod daqstant distruttiv għandu jiġi evitat.

    Jekk se jinbena Heritage Park, dan għandu jservi biss għall-edukazzjoni u mhux għall-akkommodazzjoni jew biex ikollna restorant ieħor b’veduta sabiħa. Il-Partit Demokratiku se jżomm lill-gvern kontabbli għal għemilu għall-passi li jmiss wara din il-Konsultazzjoni Preliminarja li saret.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0