Jittellgħu l-poloz tal-Europa League

  • Set 01, 2018 00:34
  • Miktub minn iNews

    Il-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League laqqgħu  bosta timijiet magħrufa li għamlu isem f’dawn il-kompetizzjonijiet bħal Arsenal u Sporting Lisbon fi Grupp E, u Lazio, Marseille u Eintracht Frankfurt fi Grupp H li jinkludi wkoll lil Apollon Limassol ta’ Ċipru li magħhom jilgħab l-attakkant internazzjonali Malti, André Schembri.

    Dan huwa t-tieni staġun wara l-ieħor li Apollon u Schembri jinsabu f’din il-fażi tal-kompetizzjoni biex b’hekk sar l-ewwel player Malti li se jkun lagħab f’żewġ staġuni f’din il-kompetizzjoni li hija t-tieni l-akbar waħda fl-Ewropa.

    L-ewwel wieħed kien d-difensur Luke Dimech li kien lagħab ma’ AEK Larnaca ta’ Ċipru wkoll  fl-istaġun 2011-12.

    Bir-rebbieħa tas-sena l-oħra Atletico Mad­rid jinsabu fiċ-Champions League, il-finalisti telliefa, Marseille, reġgħu qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni. Għalhekk Schembri se jkollu ċ-ċans li jilgħab kontra players kbar bħal Dimitri Payet u l-Olandiż, Kevin Strootman, li proprju din il-ġimgħa ġie trasferit lil Marseille mingħand Roma.

    Il-gruppi kollha huma komposti hekk:

    GRUPP A: Bayer Leverkusen (Ġermanja), Ludogorets Razgrad (Bulgarja), FC Zurich (Svizzera), AEK Larnaca (Ċipru)

    GRUPP B: Salzburg (Awstrija), Celtic (Skozja), RB Leipzig (Ġermanja), Rosenborg (Norveġja)

    GRUPP C: Zenit St Petersburg (Russja), FC Copenhagen (Danimarka), Bordeaux (Franza), Slavia Prague (Rep. Ċeka)

    GRUPP D: Anderlecht (Belġju), Fenerbahce (Turkija), Dinamo Zagreb (Krozja), Spartak Trnava (Slovakkja)

    GRUPP E: Arsenal (Ingilterra), Sporting Lisbon (Portugall), Qarabag (Azerbaijan), Vorskla Poltava (Ukrajna)

    GRUPP F:  Olympiakos (Greċja), AC Milan (Italja), Real Betis (Spanja), Dudelange (Lussemburgu)

    GRUPP G: Villarreal (Spanja), Rapid Vienna (Awstrija), Spartak Moscow (Russja), Ran-gers (Skozja)

    GRUPP H: Lazio (Italja), Marseille (Franza), Eintracht Frankfurt (Ġermanja), Apollon Limassol (Ċipru)

    GRUPP I: Besiktas (Turkija), KRC Genk (Belġju), Malmo (Svezja), Sarpsborg (Norveġja)

    GRUPP J: Sevilla (Spanja), Krasnodar (Rus­sja), Standard Liege (Belġju), Akhisar Belediyespor (Turkija)

    GRUPP K: Dynamo Kiev (Ukrajna), Astana (Kazakhstan), Rennes (Franza), Jablonec (Rep. Ċeka)

    GRUPP L: Chelsea (Ingilterra), PAOK Saloniki (Greċja), BATE Borisov (Belarus), Vidi (Ungerija)

     

    GRIEZMANN PLAYER TAS-SENA

    L-attakkant ta’ Atletico Madrid, il-Franċiż Antoine Griezmann, 27 sena, rebaħ l-unur ta’ Player tas-Sena 2017-18 tal-Europa League.

    Huwa spiċċa sew quddiem il-Franċiż l-ieħor Dimitri Payet ta’ Marseille u l-kollega tie­għu ma’ Atletico Madrid, Diego Godin.

    Fil-finali f’Mejju, Griezmann kien il-player tal-logħba meta skorja doppjetta fir-rebħa 3-0 fuq Marseille meta l-finali saret f’Lyon li huwa 45 minuta biss bogħod minn Macon fejn twieled.

    Xahrejn wara, Griezmann ġie magħżul player tal-logħba wkoll fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Kroazja li Franza rebħu 4-2 bi Griezmann jiskorja minn penalty.

    Il-ġurija kienet tikkonsisti mit-48 coaches tat-timijiet li ħadu sehem is-sena l-oħra u 55 ġurnalisti magħżula mill-European Sports Media li jirrappreżentaw l-assoċjazzjonijiet tal-UEFA.

    Ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni fl-2016-17 kien Paul Pogba ta’ Manchester United.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0