"Jiddispjaċini nara kritika bla sens minn persuni li waqt li aħna nkunu qalb in-nirien huma jkunu komdi quddiem it-televiżjoni jaraw l-aħbarijiet"

  • Set 01, 2018 08:00
  • Miktub minn Brian Gatt

    “Nirringrazzja lill-Mulej li ħalla lili u lil sħabi qawwijin u sħaħ wara dak kollu li għamilna llum”. Hekk beda biex jgħid Joseph Farrugia tard ilbieraħ filgħaxija hekk kif spjega li wara ħdima ta’ 24 siegħa, proprju nofsiegħa qabel sar il-ħin biex jinġabar lura lejn familtu, daħlet sejħa biex jintervjenu fil-Magħtab minħabba nirien li kienu żviluppaw u li b’hekk kellu jżid disa’ sigħat oħra biex b’kollox ħadem total ta’ 33 siegħa.

    Il-pumpier Farrugia tkellem ukoll dwar ritratt tiegħu li nxtered ilbieraħ stess fuq il-midja u li minħabba fih spiċċa fil-mira ta’ kritika minħabba li ma kienx liebes il-maskra. Huwa spjega li filwaqt li japrezza li kien hemm min ġenwinament ħa ħsiebu, iżda xtaq jikkjarifika li fil-pożizzjoni li kien ħadd ħliefhom il-pumpiera ma jkun jaf min xiex ikun għaddej u x’riskji jkun qiegħed fihom. Farrugia tkellem dwar l-urġenza li jirrikjedi xogħolhom u li filwaqt li iċ-ċans biex jarmaw l-apparat biex jissieltu n-nirien ikun limitat, huma jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jaħdmu skont ir-riħ.

    Huwa għamilha ċara li min kien direttament fid-duħħan kellu bla dubju jilbed l-ilbies protettiv kollu li jipprovdilu d-dipartiment u dwar dan l-istess ilbies irringrazzja lill-istess dipartiment li jipprovdilhom l-aqwa lbies fl-ewropa.

    Il-pumpier tkellem dwar il-weġgħa li jħoss meta hu u sħabu jiġu kkritikati “bla sens minn persuni li jqattgħu l-ġurnata komdi quddiem it-televiżjoni jaraw xi jkun qiegħed jiġri”.

    Farrugia temm jirringrazzja lill-Mulej u saħaq li wara 20 sena jagħti dan is-servizz drah sew il-pinnur u li mhux se jfallilu minn fejn ikun qiegħed jonfoħ ir-riħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook