ARA: "Kelliema tal-Oppożizzjoni għaġġlu żżejjed... mingħajr ma vverifikaw il-fatti"

  • Aww 31, 2018 15:57
  • Miktub minn iNews

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-kumpless tal-Magħtab, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera kkonferma li waqt l-inċident ta’ dalgħodu ma weġġa’ ħadd u l-ebda impjant ma ġie effetwat min-nirien li ħakmu żona żgħira magħrufa bħala secondary cell.  

    Herrera f'kumment lil inewsmalta qal li sfortunatament kelliema tal-Oppożizzjoni għaġġlu żżejjed u b’kummenti u Tweets mhux f’waqthom, kummenti żejda u kliem dispreġjattiv mingħajr ma vverifikaw il-fatti. 

    Il-Ministru José Herrera, filwaqt li rringrazzja l-ħaddiema kollha tal-Wasteserv u dawk tal-Protezzjoni Ċivili, sostna illi hija l-politika ta’ dan il-Gvern li matejal RDF jiġi ttrattat b’mod immedjat ġol-faċilitàtal-Waste-to-Energy fejn għaldaqstant ir-riskji marbuta ma’ dan it-tip ta’ matejal jonqsu drastikament peress li jiġi minimizzat il-bżonn ta’ ħażna ta’ dan it-tip ta’ materjal. Dan filwaqt li jiġi evitat ammont konsiderevoli ta’ flus biex materjal RDF jiġi esportat lejn pajjiżi oħra.

    Il-Ministru tenna li permezz tal-miżuri ta’ prekawzjoni li ħadet il-kumpanija Wasteserv, l-inċident kien ikkontrollat fi ftit sigħat u ġie evitat li dan ikompli jinfirex. Fost il-miżuri msemmija kien hemm li dan it-tip ta’ materjal (li fin-natura tiegħu huwa kombustibbli) ġie iżolat f’żona apposta kif ukoll ġew implimentati diversi miżuri oħra ta’ protezzjoni kontra tifi tan-nar li evitaw "traġedja nazzjonali".

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello spjega li f’din iż-żona kien qiegħed jiġi maħżun temporanjament materjal RDF (Refuse-derived Fuel), liema materjal huwa magħmul minn skart mhux riċiklabbli. Il-Wasteserv, numru ta’ ġimgħat ilu, bdiet tesporta dan it-tip ta’ skart wara li matul l-aħħar xhur kienu qiegħdin jinġiebu l-permessi meħtieġa. 

    Is-Sur Montebello spjega illi appena l-ħaddiema tal-Wasteserv indunaw b’dawn in-nirien ġew skattati l-emergency response systems u ħaddiema mħarrġa tal-Wasteserv bdew jikkontrollaw in-nirien. Immedjatament ġew infurmati l-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija. Spjega kif il-Wasteserv għadha xorta tilqa’ skart fil-kumpless tagħha u t-trattament tal-iskart ser ikompli għan-normal fi żmien qasir.

    Il-Gvern b’determinazzjoni qiegħed ipoġġi l-isfidi marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart bħala prijorità ewlenija tal-pajjiż u għaldaqstant il-Ministru Herrera sostna l-impenn qawwi tal-Gvern fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart b’mod ħolistiku u anka minn aspett ta’ ekonomija ċirkulari.

    Għal din il-konferenza stampa kien hemm preżenti wkoll rappeżentant mill-Protezzjoni Ċivili, iċ-Chairman tal-Wasteserv kif ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0