Roħs fit-tariffi tal-parkeġġ tal-isptar Mater Dei

  • Aww 30, 2018 15:31
  • Miktub minn iNews

    Minn nhar il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu, daħlu fis-seħħ tariffi ġodda għall-parkeġġ tal-isptar Mater Dei li permezz tagħhom persuni li jkunu qegħdin iżuru pazjenti rikoverati fl-isptar se jkunu qegħdin iħallsu inqas milli kienu jħallsu qabel. Ir-roħs iwassal sa 60 ċenteżmu, skont kemm wieħed idum ipparkjat.

    Għall-ewwel nofs siegħa ta’ pparkjar mhu se jkun hemm ebda ħlas, bħalma kien anke qabel id-dħul ta’ tariffi ġodda. Għall-ewwel siegħa ta’ pparkjar il-ħlas tniżżel għal 70 ċenteżmu minn 80 ċenteżmu. Għall-ewwel sagħtejn ta’ pparkjar il-ħlas huwa ta’ €1.40 meta qabel kien €1.65. Bir-rati l-ġodda l-ħlas tal-parkeġġ għall-ewwel tliet sigħat huwa ta’ €2.10 meta qabel il-ħlas kien ta’ €2.45. Ir-rata l-ġdida għall-ewwel erba’ sigħat parkeġġ hija ta’ €2.80 meta qabel kienet €3.25. Minn erba’ sigħat ’il quddiem ir-rata l-ġdida hija ta’ €3.50 komparat ma’ €4.10 kif kienet qabel.

    Ir-rati l-ġodda għall-parkeġġ huma fost tibdiliet oħra li l-Ministeru għas-Saħħa rnexxielu jdaħħal fil-kuntratt ta’ konċessjoni flok dak li għalaq riċentement u li kien ilu fis-seħħ minn Jannar tas-sena 2008. B’riżultat tal-kuntratt il-ġdid il-kuntrattur se jkun totalment responsabbli għat-tmexxija tal-parkeġġ u għall-manutenzjoni tal-apparat kollu konċernat. Il-Gvern mhux talli mhu se jkun qed joħroġ flus talli għall-ewwel darba se jkun qiegħed idaħħal il-flus. 

    Il-kuntratt għat-tmexxija tal-parkeġġ intrebaħ mill-konsorzju KIS Service JV wara sejħa pubblika li għaliha kien hemm erba’ offerti. Il-kuntratt huwa għal ħames snin bil-possibiltà ta’ estensjoni ta’ żewġ perjodi ta’ sena l-waħda u daħal fis-seħħ nhar is-Sibt, 4 ta’ Awwissu, 2018. Il-kuntratt jipprovdi għal dħul għall-Gvern għall-użu tal-art tal-isptar mill-konsorzju kif ukoll indikaturi tal-prestazzjoni għall-kuntrattur, żewġ miżuri li ma kienux fil-kuntratt preċedenti.

    Sadattant il-kuntrattur il-ġdid beda minnufih eżerċizzju biex jiġu identifikati spazji fejn jistgħu jiżdiedu n-numru ta’ parkeġġi. 

    L-isptar Mater Dei qiegħed ukoll f’taħdidiet mal-GWU sabiex impjegati fl-isptar ikollhom rati preferenzjali għall-parkeġġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook