L-APS Bank iniedi l-kompetizzjoni tal-fotografija ‘Time to Care…’

  • Aww 31, 2018 14:55
  • Miktub minn iNews

    L-APS Bank għadu kif niedha kompetizzjoni tal-fotografija ‘Time to Care…’bit-tema tal-kuxjenza ambjentali. Ir-ritratti jridu juru jew għal-lanqas ikunu direttament marbuta ma’ xi aspett tal-gżejjer Maltin. It-tnax-il fotografija li jitqiesu bħala l-aħjar fost dawk mibgħuta jkunu ppubblikati fil-kalendarju tal-APS Bank għall-2019, u jiġu eżibiti f’wirjiet relatati.

    Biż-żieda fit-tniġġis tal-arja, l-ilma u l-art ta’ madwarna, u bit-telf tal-biodiversità u l-perikli tat-tibdil fil-klima, hemm bżonn azzjoni biex il-proċess jitreġġa’ lura u tinfetaħ triq għal żvilupp sostenibbli, biex id-Dinja bil-biosfera tagħha tingħata l-kura u r-rispett li jistħoqqilha.

    “Waqt li joħloq kuxjenza u ispirazzjoni biex tittieħed azzjoni għall-ħarsien tal-ambjent li ngħixu fih, ‘Time to Care…’ huwa wkoll impenn għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna” qal Hervé Delpech, Kap tal-Istrateġija u Marketing tal-APS Bank.  

    Ir-reġistrazzjoni għall-kompetizzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Settembru 2018. Aktar informazzjoni dwar il-premjijiet u d-dettalji tal-kompetizzjoni jinsabu fuq is-sit elettroniku www.apsbank.com.mt/photo-competition.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook