L-UE tinjora s-sejħa tal-Italja għal rotazzjoni biex jinfetħu portijiet lill-immigranti

  • Aww 31, 2018 11:13
  • Miktub minn iNews

    Il-Gvern Taljan akkuża lill-membri tal-Unjoni Ewropea li abbandunaw lil Ruma fir-rigward tal-problema tal-immigrazzjoni. Dan hekk kif tul dawn l-aħħar ġimgħat l-Italja kemm-il darba spiċċat fiċ-ċentru ta’ kontroversji wara d-deċiżjonijiet li tagħlaq il-portijiet tagħha lil bastimenti li jkunu qed iġorru immigranti abbord.

    L-Italja qed tisħaq li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea injoraw għal kollox is-sejħiet tagħha biex Franza u Spanja jiftħu l-portjiet tagħhom biex immigranti li jkunu qed jaqsmu l-Mediterran ikunu jistgħu jiddaħħlu hemm.

    Waqt laqgħa tal-Ministri għad-Difiża Ewropej li żvolġiet fi Vjenna, ir-rappreżentanta Taljana Elisabetta Trenta talbet li tkun introdotta sistema ta’ rotazzjoni fil-portijiet fejn jidħlu bastimenti ta’ salvataġġ biex għaldaqstant tittaffa l-problema minn fuq l-Italja.

    Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini, qalet li l-proposta Taljana la kellha l-appoġġ unanimu tal-membri l-oħrajn, u lanqas ma jidher li se tkun qed tikseb l-appoġġ meħtieġ fiż-żmien li ġej.

    Hija tennet tgħid li l-operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ fil-Mediterran imħaddna mill-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala Sophia, jeħtieġ li tkompli anke wara li jiskadi t-terminu attwali tagħha f’Diċembru li ġej.

    Din il-pożizzjoni tikkuntrasta bil-kbir ma’ dik meħuda mill-Ministru Taljan għall-Intern, Matteo Salini, li aktar saħansitra anke hedded li jwaqqaf il-parteċipazzjoni tal-Italja f’din l-operazzjoni.

    Din il-kwistjoni żvolġiet wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu diversi l-każi fejn vapuri ta’ salvataġġ b’immigranti abbord ma tħallewx jidħlu f’portjiet Taljani sakemm stati membri oħrajn ma jaqblux li jippermutlhom jidħlu anke huma fil-portijiet tagħhom.

    Il-pożizzjoni iebsa fil-konfront tal-immigrazzjoni mħaddna minn Salvini għandha l-appoġġ ukoll tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban.

    It-tnejn li huma ltaqgħu nhar it-Tlieta li għadda biex jiddiskutu “strateġiji alternattivi u l-ħtieġa li jinħoloq front komuni kontra l-immigrazzjoni”.

    Salvini kemm-il darba saħaq li l-Italja mhix se tibqa’ tkun il-kamp tar-refuġjati tal-Ewropa.

    Huwa stmat li madwar 650,000 immigranti, il-biċċa l-kbira tagħhom mill-Afrika u l-Lvant Nofsani, qasmu lejn l-Italja mill-2014 ’l hawn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0