Trump iwissi dwar vjolenza jekk jirbħu d-Demokratiċi

  • Aww 30, 2018 09:04
  • Miktub minn iNews

    Il-President Amerikan Do­nald Trump wissa li l-policies tiegħu se jkunu mibdula “b’mod vjolenti” jekk id-Demokratiċi jirbħu l-elezzjonijiet mid-term li se jsiru f’Novembru li ġej.

    Huwa qal lill-kapijiet Evanġeliċi li din il-votazzjoni hija “referendum” fuq il-libertà tal-espressjoni u anke r-reliġjon, liema drittijiet skontu huma taħt theddida minn “nies vjolenti”.

    Huwa appella lill-gruppi Kristjani konservattivi biex jgħinuh hekk kif skontu dawn jinsabu biss vot ’il bogħod milli “jitilfu kol- lox.”

    Dawn l-elezzjonijiet mid-term qegħdin ikunu meqjusa minn bosta bħala prova għall-popolarità tal-president. Trump ilu ġimgħat jiġġieled pubbliċità negattiva wara li l-eksavukat u eksmexxej tal-kampanja tiegħu nstab ħati aktar kmieni dan ix-xahar.

    F’dawn l-aħħar jiem, ħa­reġ fil-midja rekording tal-laqgħa li Trump mal-ka­pijiet Evanġeliċi fil-White House, liema laqgħa saret b’bibien magħluqa. Waqt din il-laq­għa Trump qalilhom li l-elez­zjonijiet mid-term mhumiex biss referendum għalih iżda anke “fuq ir-reliġjon tagħ­kom, fuq il-libertà tal-es­pressjoni u fuq l-First Am­endment”.

    Huwa qal li jekk id-Demokratiċi jirbħu din l-elezzjoni huma se jbiddlu dak kollu li sar fi żmienu u dan se jagħmluh “malajr u b’mod vjolenti”. 

    Għalhekk Trump ħeġġeġ lill-kapijiet Evanġeliċi biex jużaw l-influwenza tagħhom biex jikkonvinċu kemm jistgħu nies hekk kif skont Trump dawn għandhom “saħħa tremenda”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0