ARA: Imħabbra iktar benefiċċji lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

  • Aww 29, 2018 16:18
  • Miktub minn iNews

    Miżura li se tiswa €11.4 miljun, u li se tolqot lil iktar minn 200,000 ħaddiem

    Iktar kmieni llum, il-Ministru tal-Finanzi ħabbar sistema ta’ negative income tax, li fiha madwar 200,000 ħaddiem Malti u Għawdex (inklużidawk li ma jħallsux taxxa fuq il-pagi tagħhom) sejjer jingħata għotja ta’ bejn €240 u €340 fis-sena. Din il-miżura, li hija stmata li se tiswa madwar €11.4 miljun, se tibda tingħata matul il-ġimgħa li ġejja, u skont l-istess Ministru, sejra twettaq wegħda elettorali oħra tal-istess Gvern.

    “Jekk verament irridu nifirxu l-ġid u naħsbu fiż-żgħir, kellna bżonn noħolqu sistema li hija differenti. Din l-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa sejra taffettwa lil parti kbira tal-ħaddiema kollha f’Malta u Għawdex li għandhom salarji inqas minn €60,000 fis-sena.”

    Scicluna tenna kif f’sistema ta’ rifużjoni ta’ taxxa normali, il-ħaddiema Maltin u Għawdxin li jkollhom l-anqas livelli ta’ salarji (li huma l-iktar nies li jkollhom bżonn din it-tip t’għajnuna) ma kienux jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna, minħabba li skont il-liġijiet tat-taxxa Malta, rifużjoni tat-taxxa kienet tingħata biss lil dawk in-nies li kienu jħallsu t-taxxa. 

    “B’din il-miżura, sejrin nieħdu ħsieb din l-anomalija wkoll. B’hekk, verament nassiguraw li dan il-Gvern qiegħed jagħti l-għajnuna lil dawk li għandhom bżonn. Sejrin inkomplu naġevolaw u naqbżu għaż-żgħir f’pajjiżna.”

    Intant, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar din l-inizjattiva fuq il-midja soċjali: “Kif kien imwiegħed qabel l-elezzjoni... madwar mitejn elf persuna sejrin jibbenefikaw minn din l-għotja ta’ €11.4 miljun, li sejjer ikollu input dirett fis-suċċess ta’ Malta. Din hija verita prosperity with a purpose.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0