Mara mixlija li ffrodat żewġ anzjani €100,000

  • Aww 29, 2018 12:20
  • Miktub minn iNews

    Miriam Caruana ta’ 34 sena nżammet arrestata wara li ġiet akkużata li ħadet aktar minn €100,000 mingħand żewġ nisa anzjani billi l-ewwel għamlet ħbieb magħhom imbagħad ikkonviċiethom biex jagħtuha l-karti ta’ kreditu tagħhom u flus kontanti. 

    Hija kienet akkużata b’misapproprjazzjoni u frodi, kif ukoll b’serq ta’ ġiżirajjen tad-deheb minn fuq l-anzjani li għandhom 91 u 80 sena rispettivament. Akkużi oħra kontriha jgħidu li kisret il-kundizzjonijiet ta’ tliet sentenzi sospiżi li ngħataw lilha f’dawn l-aħħar sentejn u li saret reċediva. 

    Caruana, li għandha akkużi oħra pendenti simili, wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, bl-Avukat tagħha Franco Debono jitlob li tingħata l-ħelsien mill-arrest billi argumenta li l-mara kkoperat bis-sħiħ mal-Pulizija. 

    Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-interess prinċipali tal-Qorti f’dan l-istadju kien li l-vittmi nfushom ikunu f’pożizzjoni li jagħtu x-xhieda tagħhom bl-iktar mod seren. Kien għalhekk li ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat biex l-anzjani jixhdu fis-seduta li jmiss.

    Minbarra l-Avukat Debono, l-akkużata kienet assista wkoll mill-Avukat Yanika Vidal. L-Avukat Stephen Tonna Lowell deher bħala parte civile f’isem il-vittmi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0