Daqt jibda jiffunzjona apparat li jippermetti testijiet fuq persuni li attwalment ma jistgħux jagħtu demm, fosthom irġiel omosesswali

  • Aww 29, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu ra x-xogħol li sar fuq il-Blood Mobile Unit, bix-xogħol jammonta għal madwar €16,000.

    Semma li mil-lat ta’ statistika kien hemm 16,000 donazzjoni, b’2,000 ikunu donaturi ġodda.

    Kuljum ikun hemm bżonn 50 borża demm, u d-domanda qed tiżdied minn sena għall-oħra għal bosta raġunijiet fosthom aktar operazzjonijiet.

    Huwa qal ukoll li ġie awarded il-kuntratt għal tagħmir ġdid li se jkun qed jippermetti biex isiru testijiet fuq persuni li attwalment ma jistgħux jagħtu demm, fosthom irġiel omosesswali.

    Dan mistenni li jkun qed jaħdem f’madwar sitt xhur oħra. Semma wkoll li bħallissa għaddejjin diskussjoni bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għas-Servizzi Mediċi dwar il-binja l-ġdida għat-trasfużjoni tad-demm. Bħalissa ċ-ċentru jinsab f’Tal-Pietà viċin l-isptar San Luqa, madankollu ġie identifikat sit ġdid f’San Ġwann viċin l-isptar mater Dei.

    it-tender mistenni li joħroġ għall-ħabta ta’ Settembru u Ottubru, bix-xogħol mistenni li jibda s-sena li ġejja u mistenni li jitlesta fi żmien tliet snin u nofs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0