Kenneth Farrugia: “Fil-Blockchain, ċertifikat ieħor għall-għaqal tagħna”

  • Aww 29, 2018 09:22
  • Miktub minn iNews

    Kenneth Farrugia, ic-Ċermen ta’ Finance Malta jirreaġixxi għall-istħarriġ ta’ CoinDesk, fejn Malta telgħet fl-ewwel post bħala l-pajjiż bl-iktar qafas legali xieraq għall-bitcoin…

    Fir-rapport tagħha “State of Blockchain”, li kien qiegħed jagħmel eżami fuq l-aħħar żviluppi fis-settur tal-Blockchain matul it-tieni kwart ta’ din is-sena, is-sit internazzjonali CoinDesk ippubblika sondaġġi fuq ir-rata t’appoġġ li diversi ġurisdizzjonijiet internazzjonali kienu qegħdin igawdu minn investituri u kumpaniji barranin li joperaw fis-settur tal-Blockchain.

    F’dan l-istħarriġ pajjiżna spiċċat l-ewwel bl-ogħla rata t’appoġġ (27%) għal-atteġġjament u r-regolamentazzjoni tiegħu fis-settur virtwali. Pajjiżna kien segwit mill-Ġappun (14%), l-Isvizzera (10%), l-Istati Uniti (9%), il-Korea tas-Sud u l-Estonja (3% rispettivament), flimkien mal-belt ta’ Singapore u r-Renju Unit (2%).  L-istess stħarriġ jindika kif l-istess Stati Uniti kellha l-ogħla rata ta’ kritika fuq ir-regolamenti tagħha (-26%), flimkien maċ-Ċina (-25%), l-Indja (-20%), l-Iran (-3%), ir-Russja u il-Korea tas-Sud (-2% rispettivament).

    “Pajjiż pijunier fl-innovazzjoni ekonomika”

    Ic-Chairman ta’ Finance Malta Kenneth Farrugia, tenna kif pajjiżna “malajr iddentifika l-possibilitajiet li l-muniti kriptografiċi, u t-teknoloġija blockhain, jistgħu joffru. Għal din ir-raġuni, konna pijunieri fil-ħolqien ta’ ambjent li jattira u jappoġġja bl-aħjar mod l-iżvilupp ta’ din l-industrija f’Malta.”

    “Dan huwa ċertifikat għall-ħidma u l-ħsieb għaqli tagħna, kif ukoll għad-determinazzjoni biex inkunu minn ta’ quddiem f’dan is-settur, mhix biss issa imma wkoll meta dan jevolvi fil-futur.”

    Farrugia tenna kif il-qafas regolatorju Malti huwa maħluq fuq il-ħsieb li “t-teknoloġija tiġi l-ewwel”, filwaqt li jkun hemm iffukar fuq governanza interna. “Dan il-qafas joffri ċertezza lil dawk li qed ifasslu skambji, u lill-kumpaniji li joperaw fis-suq tal-muniti diġitali. Fl-aħħar nett, jistabilixxi r-reġim li jirregola prodotti bħall-ICO’s (Initial Coin Offerings), l-iskambji tal-muniti kriptografiċi, il-fornituri tal-portafolli, u ħafna iktar.”

    “L-istħarriġ ta’ CoinDesk diġà juri li Malta hija waħda mill-aħjar pajjiżi biex fiha jitwaqqfu n-negozji kriptografiċi, u jqiegħed lil Malta bħala pajjiż pijunier fl-innovazzjoni ekonomika.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0