ARA: Ġlied bejn sajjieda Franċiżi u Ingliżi fuq l-arzell … Saħansitra jibqgħu deħlin fuq xulxin bid-dgħajjes!

  • Aww 29, 2018 08:05
  • Miktub minn iNews

    Sajjieda Franċiżi ġew akkużati li tefgħu ġebel u ‘smoke bombs’ lejn ir-rivali tagħhom Ingliżi fl-Kanal Ingliż, fi ġlieda għal-arzell.

    Il-ġlieda bejniethom bdiet madwar 12-il mil nawtiku ? barra mill-kosta tan-Normandija, fil-viċinanzi tal-Bajja ta’ Seine.

    Is-sajjieda Ingliżi huma legalment intitolati li jistadu fiż-żona li hija magħrufa għall-arzell. madankollu l-preżenza tagħhom għaddbet mhux ftit lis-sajjieda Franċiżi, li akkużaw lir-rivali tagħhom li qed iwasslu biex l-arzell jispiċċa biex jinqered għal kollox miż-żona.

    Intant matul il-lejl ta’ nhar it-Tnejn li għadda, madwar 40 dgħajsa tas-sajd Franċiża baħħru fiż-żona fi protesta kontra s-sajjieda Ingliżi. Mossa li wasslet biex saru aggressjonijiet fil-konfront ta’ xulxin, b’dgħajjes saħansitra jibqgħu deħlin f’xulxin.

    Eventwalment is-sajjieda Ingliżi kellhom jitilqu miż-żona minħabba n-numru kbir ta’ sajjieda Franċiżi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0