Il-Malta Football Association u Frosinone Calcio għadhom kemm iffirmaw ftehim ta’ tliet snin biex isaħħu l-kollaborazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ.
Grazzi għal dan il-ftehim, bil-permess tal-ġenituri tagħhom, tal-club u anke bl-approvazzjoni tal-FIFA, kull sena żewġ players żgħażagħ Maltin jistgħu jingħaqdu mal-iskwadra tal-Youths ta’ Frosinone Calcio filwaqt li żewġ coaches miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA jistgħu wkoll jiksbu esperjenza fi ħdan is-settur taż-żgħażagħ ma’ dan il-club Taljan.
“Ninsabu sodisfatti ferm li kkonkludejna l-iffirmar ta’ dan il-ftehim ma’ Frosinone Calcio,” qal il-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo.
“Din is-sħubija tikkumplimenta l-politika tagħna biex jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-players żgħażagħ tagħna biex jitħarrġu u jilagħbu f’ambjent professjonali, bi ftehim mal-club lokali tagħhom.
“Aħna fiduċjużi li dawn l-opportunitajiet jistgħu jservu ta’ benefiċċju kbir għall-iżvilupp tat-talenti tagħhom.
“Il-qasam tal-coaching education huwa wkoll prijoritá għall-MFA u dan il-ftehim se jagħti ċ-ċans lill-coaches fis-settur tal-Youths biex itejbu u jkabbru l-għarfien tagħhom u jiksbu l-esperjenza kollha meħtieġa billi jkunu mħarrġa u jaħdmu f’ambjent professjonali barra minn xtutna.
“Għaldaqstant irrid nirringrazzja lil Frosinone Calcio għall-assistenza u l-koperazzjoni tagħhom, b’mod speċjali lis-Sur Ernesto Salvini, li huwa responsabbli mis-settur tekniku tal-club Taljan, kif ukoll lis-Sur Mauro Di Lello,” temm jgħid il-president tal-MFA.
Min-naħa tiegħu, Ernesto Salvini esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim ta’ kollaborazzjoni u sostna li jittama li permezz ta’ din is-sħubija jinkisbu riżultati importanti fil-futur.
Sadanittant Jake Engerer, membru tat-team nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena, diġà beda t-taħriġ tiegħu mal-iskwadra tal-Youths ta’ Frosinone Calcio, filwaqt li Nikolai Farrugia Cross ta’ Birkirkara huwa fil-proċess li jingħaqad mas-settur tal-Youths tal-club tas-Serie A Taljana fil-futur qrib.
Kemm Engerer kif ukoll Farrugia Cross għamlu żjara fiċ-ċentru tat-taħriġ ta’ Frosinone fil-ġimgħat li għaddew.
L-appoġġ u l-koperazzjoni tal-ġenituri ta’ dawn iż-żewġ players, kif ukoll ta’ Birkirkara FC fil-każ ta’ Farrugia Cross, kienu fundamentali fid-diskussjonijiet ma’ Frosinone Calcio.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.