“Delia u De Marco ma jweġbux id-domandi importanti”

  • Aww 28, 2018 18:20
  • Miktub minn iNews

    Il-Partit Laburista qal li d-deputat Nazzjonalista Mario De Marco kkonferma fit-tweġibiet tiegħu li ddefenda l-kuntratt li issa jrid investigat. 

    “Minkejja dan baqa' ma weġibx il-mistoqsija dwar jekk kienx informa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, bis-sehem tiegħu f'żewġ stadji ta' appell fejn il-konsorzju li rrappreżenta hu kellu l-kuntratt ikkonfermat għall-proġett ta' titjib fir-residenza San Vinċenz De Paul,” tenna l-PL. 

    “Iktar minn hekk, jekk De Marco kien informa lil Adrian Delia, il-Kap Nazzjonalista għandu jgħid x'wassal biex xorta waħda talbu jiffirma t-talba għall-investigazzjoni lill-Awditur Ġenerali. Talba li l-gvern diġa' ddikjara li m'għandux problema biha, iżda li meta ġejja mill-Partit Nazzjonalista mhi kredibbli xejn. Dan għax il-Partit Nazzjonalista għandu fi ħdanu lil min jaf sew id-dettalji ta' dan il-proġett tant li ddefendih b'suċċess kemm quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Appell.”

    “Il-gvern spjega għal iktar minn darba d-dettalji ta' dan il-proġett u sa issa l-uniċi mistoqsijiet mhux imwieġba huma dawk li saru lil De Marco u lil Delia,” ttemm tgħid l-istqarrija tal-PL.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0