Erba’ offerti għall-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa

  • Aww 28, 2018 15:26
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ, Infrastruttura Malta irċeviet erba’ offerti, b’valur medju ta’ €2.4 miljun, (€2.0 miljun - €3.1 miljun) għall-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, bejn ir-roundabout ta’ Santa Luċija u r-roundabout ta’ Triq Garibaldi f’Ħal Luqa.

    Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Dr Ian Borg fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook. Huwa qal li b’dan il-proġett “se nżidu l-effiċjenza, s-sigurtà u l-kwalità ta’ din it-triq ewlenija, filwaqt li ntejbu l-aċċess għal Santa Luċija. Ser nibnu wkoll korsija għar-roti u l-mixi ġdida maqtugħa għaliha lilhinn mill-erba’ korsiji tal-karozzi.”

    Il-Ministru Borg qal li x-xogħol f’din it-triq, li mistenni jibda dalwaqt, jingħaqad ma’ għadd ta’ proġetti li qed inwettqu biex inkomplu nnaqqsu d-diffikultajiet fl-ivvjaġġar minn u lejn in-nofsinhar tal-pajjiż, fosthom it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass, it-titjib u twessigħ ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u Triq Aldo Moro, il-bini tas-seba’ flyovers minflok it-traffic lights ta’ Triq Aldo Moro u l-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook