Aġġornata: Rapporti ta’ ħsara ġejja minn ħidma fit-tarzna ta’ Palumbo infondati

  • Aww 28, 2018 11:40
  • Miktub minn iNews

    B’refernza għar-rapporti li dehru aktar kmieni fuq dan is-sit u siti oħrajn li allegaw li żebgħa li qiegħda tintuża fit-tarzna ta’ Palumbo kienet qiegħda tħalli tbajja’ fuq vetturi u binjiet fiż-żona ta’ San Ġwann T’Għuxa, l-istess tarzna sostniet li dawn huma dikjarazzjonijiet infondati.

    Palumbo kompliet tgħid li uffiċjali tal-Pulizija u uffiċjali mill-Awtorità għar-Riżorsi Ambjentali fl-aħħar jiem wettqu spezzjonijiet sabiex jinvestigaw dwar dawn l-allegazzjonijiet u stabbilixxiet li l-ħidma fit-tarzna msemmija qegħdin isiru kollha skont il-proċedura legali.

    Palumbo żiedet tgħid ukoll li ż-żebgħa li tintuża għall-bastimenti qiegħda tiġi applikata permezz ta’ ‘roller’ u mhux bi sprej.

    L-istqarrija temmet tgħid li Palumbo tista’ tassigura li m’hemmx bażi wara dawn l-allegazzjonijiet.

    Qabel: Ritratti u filmati li nxterdu fl-aħħar jiem wasslu għal numru ta’ ilmenti ta’ għadd ta’ residenti u ħaddiema li jaħdmu fiż-żona ta’ San Ġwann T’Għuxa, f’Bormla. 

    Ritratti li nxterdu fuq il-midja soċjali juru tniġġis fl-arja kkawżat minn ħidma li qiegħda ssir fiż-żona, b’għadd ta’ vetturi u residenti jispiċċaw bi traċċi ta’ żebgħa li f’dan il-każ kienet safra.

    Fil-kummenti li segwew kien hemm min qal li din ma kinitx l-ewwel darba, u li sa kien hemm persuni li spiċċaw bi ħsara permanenti fiż-żebgħa tal-vetturi li jkunu pparkjati hemm.

    Dan is-sit ikkuntattja lis-Sindku tal-lokal Alison Zerafa Civelli li kkonfermat dwar ilmenti li waslu għand il-Kunsill fl-aħħar jiem. Min-naħa tagħha Civelli spjegat li sa minn ftit mumenti wara li daħlu l-ewwel ilmenti, bħala Kunsill beda bil-proċeduri meħtieġa sabiex ikun jista’ jintlaħaq qbil li jkun jista’ jevita dan l-inkonvenjent. Civelli tenniet tgħid li se tkun qiegħda taġġorna lill-pubbliku dwar l-andament tal-proċeduri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0