''Iktar ma nżidu servizzi iktar irridu infermieri''

  • Aww 28, 2018 09:18
  • Miktub minn iNews

    Minn 2,700 infermier fl-2012 in-numru issa tela għal 3,300 b'108 jidħlu proprju mit-Tnejn

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne irrimarka ma' dan is-sit kif iktar mal-Gvern iżid is-servizz tas-saħħa iktar ikun hemm bżonn ta' infermieri.

    Huwa stqarr dan meta inewsmalta.com staqsih dwar il-pjan tal-Gvern fejn jidħlu l-infermieri wara li matul il-jum tat-Tnejn daħlu fis-servizz madwar 100 infermier ġdid.

    Waqt żjara fl-Isptar Mater Dei biex isegwi t-tilqim tal-vaċċin tal-ħożba għall-istaff, Fearne qal li matul din is-sena se jkunu daħlu 200 infermier ġdid.

    Il-Ministru għas-Saħħa semma kif bejn l-2012 u llum daħlu 600 infermier ġdid biex minn 2,700 fl-imsemmija sena llum in-numru jilħaq it-3,300.

    Mistoqsi dwar jekk hemmx xi numru partikolari ta' infermieri meħtieġa fis-snin li ġejjin, Fearne qal li ż-żieda fis-servizzi u l-isptarijiet ġodda qed iżidu d-domanda għall-infermieri u iktar ma jiżdiedu iktar il-bżonn jikber.

    Huwa qalilna li minbarra n-numru ta' studenti li qed isegwu kors fl-Universita hemm ukoll numru ieħor li beda jsegwi l-kors ġdid fl-MCAST bit-tama li għada pitgħada jidħlu fis-servizz.

    Iż-żieda fin-numru ta' infermieri hija parti mill-pjan tal-Gvern biex itejjeb is-settur tas-saħħa.

    Minbarra l-pjan li jinvolvi l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak ġenerali t'Għawdex, il-Gvern qed jirranġa l-bereġ bl-aħħar waħda li ġiet rinovata kienet dik ta' Ħaż-Żebbuġ fejn ġew estiżi wkoll is-servizzi tas-saħħa offruti minnha.

    Il-Gvern mhux jaħseb biss fuq titjib mil-lat ta' infrastruttura imma anke fis-servizz tas-saħħa tant li żied anke n-numru ta' operazzjonijiet li jsiru fl-Isptar Mater Dei.

    Fil-fatt l-istatistika turi li fl-ewwel seba' xhur tas-sena saru 32,656 operazzjoni, żieda ta' 344 operazzjoni fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0