Wara li attakkaha kelb, thedded li tfittex lill-Pulizija għad-danni talli baqgħu ma ħadux azzjoni kontra sid il-kelb

  • Aww 27, 2018 17:22
  • Miktub minn iNews

    Mara li ġiet attakkata minn kelb f’ħanut u ġarrbet ġrieħi gravi f’wiċċha ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija talli l-Pulizija baqgħu ma ħadu l-ebda passi fil-konfront ta’ sid il-kelb. 

    L-inċident kien seħħ fl-1 ta’ Frar li għadda waqt li Lindsey Vella kienet qed tirranġa l-ixkafef tal-ħanut bl-isem “Convenience Store” fil-Gżira. Dakinhar raġel kien daħal jixtri u miegħu kellu l-kelb. 

    Il-mara qalet li kienet messet il-kelb bil-permess tas-sid u tatu xi ħaġa x’jiekol milli kien taha r-raġel. Ġara li hekk kif kienet se tqum bilwieqfa, il-kelb qabeż għal fuqha u gidimha fuq xuftejha.

    Filmat mill-kameras tas-sigurtà kien ġie ċċirkolat fuq il-mezzi tax-xandir iżda l-Pulizija baqgħu ma ressqu lil ħadd fil-Qorti b’konnessjoni ma’ dan l-attakk. 

    Fil-protest ġudizzjarju mressaq mill-Avukat Stefano Filletti, il-mara saħqet li kienet ħeġġet lill-Pulizija biex tieħu l-passi meħtieġa f’dan il-każ iżda baqgħu ma għamlux dan. 

    Hija wissiet ukoll li se tkun qed tieħu l-passi legali kollha meħtieġa kontra l-Pulizija, inkluż li żżommhom responsabbli għad-danni. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0