10 artisti Żabbarin jiċċelebraw l-għeruq tagħhom

  • Aww 27, 2018 20:02
  • Miktub minn iNews

    “Roots in Colour” hija t-tema ta’ wirja kollettiva ta’ arti minn għaxar artisti li għandhom l-istess għeruq bħala artisti li twieldu, għexu u għandhom rabta ma’ Ħaż-Żabbar.

    L-għaxar artisti li qed jieħdu sehem huma Miriam Borg, Bernice Buttigieg, Alex Dalli, Louise Ellul, Erica Chircop, Pia Magro, Anthony Vella, Mario Portelli, Marlene Grech u James Vella Clark.

    “Meta konna qed nikkunsidraw liema artisti għandna nistiednu għal din il-wirja, irrealiżżajna li Ħaż-Żabbar fil-fatt ipproduċa ħafna talent! Fil-fatt, kuntenti li rnexxielna nikkonfermaw lista ta’ artisti stabbiliti u oħrajn mhux daqshekk stabbiliti li se jkunu qed juru xogħolhom għall-ewwel darba flimkien, biex b’hekk, din il-wirja se tkun waħda li qed nistennewha b’ħerqa,” qal l-organiżżatur Ġużeppi Theuma, is-Segretarju tal-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar fejn se tittella’ l-wirja.

    Il-wirja kollettiva se tinkludi pitturi u ċeramika u se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn l-1 u t-23 ta’ Settembru ġewwa l-Mużew tas-Santwarju li jinsab ma’ ġenb il-knisja parrokkjali, żmien li jaħbat ukoll żmien il-festa tal-parroċċa.

    “Għalkemm l-artisti kollha minn Ħaż-Żabbar, mhux kollha kienu jafu lil xulxin u qatt ma kellhom l-opportunita li jiltaqgħu jew jikkollaboraw flimkien. Din il-wirja għalhekk tidher li se tkun proġett interessanti li se jservi biex l-artisti jaraw xogħol xulxin u nuru kif l-arti kapaċi tlaqqa’ n-nies flimkien. Il-wirja għandha wkoll isservi biex iż-Żabbarin japprezzaw iżjed it-talent li ħareġ mill-belt tagħna,” temm Ġużeppi Theuma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0