Id-dikjarazzjoni ta' kotba u popcorn tqanqlilhom suspett … Jiftħu l-pakkett u jsibu nofs kilogramma marijuana

  • Aww 27, 2018 16:55
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif illum kompla jinstema’ l-każ tal-mara akkużata bl-importazzjoni ta’ droga bil-posta, uffiċjali tad-Dwana spjegaw kif sabu aktar minn nofs kilogramma ta’ marijuana f’pakkett li kien iddikjara li kellu kotba u popcorn. Fix-xhieda tagħhom huma qalu li kienet proprju d-dikjarazzjoni tal-pakkett li qanqlitilhom suspett, u għaldaqstant iddeċidew li jiftħuh.

    Mandy Cassar, ta’ 29 sena mis-Swieqi, ġiet arrestata matul il-ġimgħa li għaddiet.

    L-Ispettur Joseph Xerri xehed kif kien informat mid-Dwana dwar il-pakkett suspettuż li wasal mill-Istati Uniti, u li kien indirizzat lil ċertu Richard Calleja mill-Madliena. Il-pakkett kien iddikjarat li kellu erba’ kotba u popcorn. L-Ispettur Xerri saħaq li ħadd ma jordna popcorn mill-Istati Uniti, għaldaqstant id-dikjarazzjoni qajmet suspett.

    L-uffiċjali tad-Dwana għaldaqstant fetħu l-kaxxa u sabu tliet kotba u pakkett li kien jikkontjeni l-kannabis.

    Kien pulizija, li lagħabha ta’ pustier, li wassal il-pakkett, li sadanittant kien inbidel mill-awtoritajiet b’ieħor. Meta staqsa għal Richard Calleja, il-mara jidher li ma għarfitx l-isem menzjonat, madankollu meta l-pulizija – bħala pustier – reġa’ rrepeta l-isem hija ffirmat f’ismu.

    Ftit minuti wara, il-pulizija – din id-darba liebes l-uniformi tal-Korp – reġa’ ħabbat u daħal ifittex ir-residenza tal-mara. Huwa sab il-kaxxa mituħa fuq is-sodda tagħha, bil-pakkett li tpoġġa minflok il-kannabis ukoll miftuħ.

    Cassar ċaħdet li kienet ordnat il-pakkett u saħqet li fetħitu minħabba l-kurżità li qabditha.

    Ta x-xhieda tiegħu wkoll l-ispiżjar Godwin Sammut, li stabbilixxa li l-piż tad-droga kienet tammonta għal 500 gramma, bil-purità tagħha tkun ta’ 28%. Il-valur tad-droga fuq is-suq kien ta’ bejn €5,000 u €14,000.

    Il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet it-talba għal ħelsien mill-arrest tal-mara fuq granzija personali ta’ €6,000 u depożitu ta’ €2,000.

    Għal Cassar dehru l-avukati Franco Debono u Yanika Vidal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0