Seba’ Torok bi protest kontra min iħaddimhom

  • Aww 27, 2018 16:29
  • Miktub minn iNews

    Seba’ Torok li jaħdmu fl-industrija tal-gaming ressqu protest ġudizzjarju kontra min iħaddimhom wara li dawn ġew mgħarrfa li kellhom jew jaċċettaw tnaqqis fil-paga u jirrilokaw lejn il-Ġorġja jew inkella jitilqu. 

    Huma qalu li Evolution Malta Limited informathom li ma kinitx se tibqa’ sservi klijenti li jitkellmu bit-Tork u li għalhekk kellhom jiġu trasferiti lejn il-Ġorġja, fejn hemmhekk kienu se jitħallsu ħafna inqas minn dak li jaqilgħu hawn Malta. 

    Fil-protest ġudizzjarju jingħad ukoll li jekk kemm-il darba huma ma xtaqux jaċċettaw dan l-arranġament, huma kellhom il-libertà kollha li jmorru jfittxu xogħol ieħor. 

    L-impjegati qalu li din l-attitudni “kompletament abbużiva u llegali” qed twassal għal telf tal-għixien tagħhom. Huma wissew li l-kumpanija se tkun qed tinżamm responsabbli għad-danni jekk kienet qed tippersisti f’din l-imġiba tagħha.

    Il-protest ġudizzjarju kien iffirmat mill-Avukati Joseph P. Bonello u David Bonello.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0