Il-banek Irlandiż jippruvaw jeħilsu minn self ħażin

  • Aww 26, 2018 20:32
  • Miktub minn iNews

    Il-banek Irlandiżi intensifikaw l-isforzi tagħhom biex jeħilsu l-hekk imsejħa loans ħżiena ta’ żmien il-kriżi finanzjarja hekk kif ir-regolaturi qed iżidu l-pressjoni fuq is-settur biex jaċċellera t-tiswija tal-karti tal-bilanċ tagħhom.

    Taħt l-iskrtinju tal-Bank Ċentrali Ewropew u awtoritajiet lokali, banek Irlandiżi riċenti biegħu non-performing loans (NPLs, jiġifieri self li ftit ikun hemm possibilita li jinġabar lura) b’valur ta’ madwar 6 biljun ewro lil vetturi ta’ investiment Amerikani proprjeta ta’ ġganti bħal  Cerberus, Goldman Sachs  u Lone Star Funds.

    Banek bħal  Ulster Bank, Permanent TSB, KBC Ireland u Allied Irish Banks qed jirriflettu l-isforzi biex tiġi nomralizzata s-sistema bankarja, għaxar snin wara li l-Gvern ta’ Dublin iggarantixxa l-obbligazzjonijiet bankarji kollha waral –falliment tal-Lehman brothers. Il-Bank Ċentrali wkoll indika li qed jikkunsidra dan it-tip ta’ bejgħ.

    Skont il-Bank Ċentrali Irlandiż, il-banek tal-pajjiż għandhom aktar minn 30 biljun ewro f’NPLs sal-aħħar tas-sena li għaddiet, li jammonta għal aktar minn 13%. Dan huwa ferm ogħla mill-medja Ewropea ta’ 4%, minkejja l-progress enormi li sar, meta wieħed iqis li dan l-ammont kien ta’ aktar minn 80 biljun ewro sal-2014.

    Minkejja li l-pajjiż bħalissa għaddej minn rata ta’ tkabbir ekonomiku qawwi u rata baxxa ferm ta’ qgħad, il-Bank Ċentrali Ewropew jibqa’ mħasseb li r-rata għolja ta’ NPLs tista’ tkun ta’ theddida għall-istabbilita’ finanzjarja u għalhekk qed jimbotta lill-banek tal-pajjiż biex iżidu l-ħidma tagħhom biex jinżlu għal ċifra li tqarreb aktar il-medja Ewropea.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0