Jonqos il-valur ta’ Victoria’s Secret

  • Aww 26, 2018 18:58
  • Miktub minn iNews

    L-ishma ta’ L Brands ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif il-kumpanija proprjetarja tad-ditti rinomati Victoria’s Secret u Bath & Body baxxiet ‘l isfel il-previżjonijiet tagħha għal din is-sena finanzjarja. Il-kumpanija bbażata f’Ohio qalet li minkejja li l-bejgħ żdied b’aktar minn 8% għal kważi 3 biljun dollaru, fit-tliet xhur li ntemmu f’Lulju, żieda ta’ 14% fl-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u operattivi pattiet għaż-żieda fil-bejgħ. 

    Dan wassal biex meta mqabbel mas-sena li għaddiet, id-dħul komplessiv niżel b’29%, kważi 100 miljun dollaru. Dan wassal biex L Brands issa qed tipprevedi dħul ta’ bejn 2.40 u 2.70 dollaru kull sehem flok ta’ 3 dollari.

    Fost ir-raġunijiet li ssemmew minn analisti tas-settur, kien hemm żewġ elementi prinċipali: f’pajjiżi bħall-Amerika, Victoria’s Secret, bejjiegħ rinomat ta’ underwear femminili, għadu jiddependi wisq mill-malls li fl-aħħar snin tilfu ħafna mill-popolarita’ tagħhom. Fl-istess waqt, żdiedet il-kompetizzjoni minn kumpaniji iżjed iffiukkati fuq iż-żgħażagħ meqjusa bħala millennials, bħal American Eagle, Adore Me u Third Love. 

    Dan wassal biex l-ishma niżlu b’aktar minn 5% sal-aħħar tal-ġimgħa, biex s’issa, din is-sena l-valur tal-kumpanija, li għandha kapitalizzazzjoni fis-suq ta’ kważi 9.5 biljun dollaru, niżlu aktar kważi naqas bin-nofs.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0