Salvini jgħid li żamm sod għax ma riedx li l-immigranti jkunu ta' ''piż'' għaċ-ċittadini tiegħu

  • Aww 26, 2018 09:45
  • Miktub minn iNews

    Madwar 140 immigrant li kienu ilhom fuq il-vapur Diciotti ankrat fil-Port ta’ Catania għal dawn l-aħħar sitt ijiem, tniżżlu l-art.

    Tard ilbieraħ filgħaxija, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini ħabbar li għadd ta’ isqfijiet aċċettaw li jilqgħu lil dawn l-immigranti.

    Huwa mifhum li grupp minnhom se jkunu qegħdin jintbagħtu l-Albanija u li l-oħrajn se tkun qiegħda tieħu ħsiebhom il-Knisja Kattolika Taljana.

    Salvini qal li l-isqfijiet kienu se jiftħu l-bibien tagħhom, qalbom u l-bwiet tagħhom hekk kif ħabbar dwar bidla fid-deċiżjoni li kien ħa qabel. Huwa spjega li huwa ma aċċettax li l-bastiment jitħalla jidħol f’pajjiżu qabel l-Ewropa qablet li l-immigranti jitqassmu f’pajjiżi oħra u żied jgħid li hu għamel dan għax ma jixtieqx li l-immigranti jkunu ta’ “piż” għaċ-ċittadini Taljani.

    Salvini jinsab taħt investigazzjoni għar-rwol tiegħu f’dan il-każ li wassal ukoll għal battibekk bejn l-Italja u l-Unjoni Ewropea.

    Il-Prosekuzzjoni fi Sqallija fetħet inkjesta kontra Salvini fuq dak li possibbilment jista’ jkun arrest illegali, u abbuż ta’ poter.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0